Introduzzjoni għal sezzjoni 10
Ġeħova hu Sultan fuq kulħadd. Hu minn dejjem kellu l-kontroll fuq kollox, u hekk se jibqaʼ jagħmel. Pereżempju, hu ħeles lil Ġeremija minn bir fejn fih kien se jmut. Hu salva lil Sidrak, Mesak, u Għabednego minn forn tan-nar u lil Danjel minn ħalq l-iljuni. Ġeħova pproteġa lil Ester biex b’hekk hi tkun tistaʼ ssalva lill-poplu kollu tagħha. Hu mhux se jħalli l-ħażen jibqaʼ sejjer għal dejjem. Il-profeziji dwar ix-xbieha l-kbira u s-siġra enormi jagħtu garanzija li s-Saltna taʼ Ġeħova dalwaqt se tneħħi l-ħażen kollu u tmexxi l-art.
F'DIN IT-TAQSIMA
LEZZJONI 57
Ġeħova jibgħat lil Ġeremija jipprietka
Dak li qal Ġeremija ġiegħel lill-irġiel taʼ Ġuda li kellhom l-awtorità jirrabjaw ħafna.
LEZZJONI 58
Ġerusalemm tiġi meqruda
In-nies taʼ Ġuda jibqgħu jqimu allat foloz, u għalhekk Ġeħova jitlaqhom.
LEZZJONI 59
Erbaʼ subien li obdew lil Ġeħova
Subien minn Ġuda huma lesti li, jiġri x’jiġri, jibqgħu leali lejn Ġeħova, anki waqt li huma fil-palazz irjali f’Babilonja.
LEZZJONI 60
Saltna li se tibqaʼ għal dejjem
Danjel jispjega xi tfisser il-ħolma stramba taʼ Nebukadnessar.
LEZZJONI 61
Huma ma ridux imilu
Sidrak, Mesak, u Għabednego ma jridux iqimu l-istatwa tad-deheb li għamel is-sultan taʼ Babilonja.
LEZZJONI 63
Il-kliem miktub fuq il-ħajt
Dan il-kliem li ma jistgħux jifhmu, meta jidher fuq il-ħajt, u xi jfisser?
LEZZJONI 66
Esdra għallem il-Liġi t’Alla
Wara li l-Iżraelin semgħu lil Esdra, huma għamlu wegħda speċjali lil Alla.
LEZZJONI 67
Is-swar taʼ Ġerusalemm
Neħemija sar jaf li l-għedewwa ppjanaw li jattakkaw. Għala ma beżax?