Qima
Min hu l-uniku wieħed li għandna nqimu?
Eżo 34:14; Dt 5:8-10; Is 42:8
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Mt 4:8-10—Satana qal lil Ġesù li jekk jagħtih qima kien se jagħtih is-saltniet kollha tad-dinja; imma Ġesù m’aċċettax għax kien determinat li jqim lil Ġeħova biss
-
Ri 19:9, 10—Anġlu b’saħħtu ma ħalliex lill-appostlu Ġwanni jagħtih qima
-
Ġeħova kif iridna nqimuh?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Is 1:10-17—Ġeħova ma jaċċettax il-qima taʼ dawk li ma jobdux il-livelli tiegħu
-
Mt 15:1-11—Mill-kliem taʼ Ġesù naraw li Ġeħova ma jridx li l-qima tagħna tkun ibbażata fuq it-tradizzjonijiet tal-bnedmin imma fuq il-liġijiet tiegħu
-
Meta jkun possibbli, maʼ min irridu nqimu lil Ġeħova?
Ara wkoll Sa 133:1-3
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
At 2:40-42—Il-Kristjani tal-bidu ltaqgħu flimkien biex jitolbu, iqattgħu l-ħin flimkien, u jistudjaw tagħlim li kien ġej mill-ispirtu qaddis
-
1Kor 14:26-40—L-appostlu Pawlu ta direzzjoni lill-kongregazzjonijiet biex il-laqgħat ikunu inkuraġġanti u organizzati, ħalli b’hekk kulħadd jitgħallem u jifhem sew dak li jiġi mgħallem
-
X’għandna nagħmlu biex inkunu ċerti li Ġeħova jaċċetta l-qima tagħna?
-
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
-
Lh 11:6—L-appostlu Pawlu qal li l-fidi hi importanti jekk irridu li Ġeħova jaċċetta l-qima tagħna
-
Ġk 2:14-17, 24-26—Ġakbu, ħu Ġesù mill-omm, spjega li l-fidi ġġegħelna naġixxu. Għalhekk, nuruha b’dak li nagħmlu
-