Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STUDJU 5

Qari eżatt

Qari eżatt

1 Timotju 4:13

X’GĦANDEK TAGĦMEL: Aqra b’eżattezza u b’leħen għoli dak li għandek miktub.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ipprepara sew. Aħseb għala r-​rakkont inkiteb. Ipprattika billi taqra grupp taʼ kliem flimkien u mhux kelma kelma. Kun ċert li ma żżidx, ma tnaqqasx, jew ma tibdilx il-​kliem. Oqgħod attent għall-​ punteġġjatura kollha, bħal comma, full stop, jew question mark.

  • Ippronunzja kull kelma sew. Jekk ma tafx kif tippronunzja kelma, ismaʼ r-​rekording bl-​awdjo tal-​pubblikazzjoni jew staqsi qarrej tajjeb biex jgħinek.

  • Tkellem ċar. Ippronunzja l-​kliem b’attenzjoni, żomm rasek ’il fuq u iftaħ ħalqek sew. Agħmel sforz biex tippronunzja kull sillaba.