Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBDA KONVERSAZZJONI

LEZZJONI 1

Tkellem Fuq Affarijiet li Jinteressaw lin-Nies

Tkellem Fuq Affarijiet li Jinteressaw lin-Nies

Prinċipju: “L-imħabba . . . mhix egoista.”—1 Kor. 13:​4, 5.

Dak li Għamel Ġesù

1. Ara l-VIDJOW jew aqra Ġwanni 4:​6-9. Imbagħad aħseb sew dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

  1.   a. Ġesù xi nnota qabel ma beda jitkellem mal-mara?

  2.  b. Ġesù qal: “Agħtini ftit ilma.” Dan għala kien mod tajjeb biex jibda l-konversazzjoni?

X’Nitgħallmu minn Ġesù?

2. Meta nitkellmu dwar affarijiet li jinteressaw lin-nies, x’aktarx se jkollna konversazzjoni tajba.

Imita lil Ġesù

3. Kun lest li taddatta. Anki jekk tkun preparajt biex titkellem dwar xi suġġett, kun lest li titkellem dwar xi ħaġa oħra. Ibda tkellem dwar xi ħaġa li n-nies ikunu qed jaħsbu dwarha. Staqsi lilek innifsek:

  1.   a. ‘X’qed nisimgħu fl-aħbarijiet?’

  2.  b. ‘Dwar xiex qed jitkellmu l-ġirien, dawk li naħdem magħhom, jew tal-klassi tiegħi?’

4. Innota. Staqsi lilek innifsek:

  1.   a. ‘X’qed tagħmel il-persuna? Dwar xiex jistaʼ jkun qed taħseb?’

  2.  b. ‘Il-ħwejjeġ li liebsa l-persuna, id-dehra tagħha, jew id-dar tagħha x’juru dwar dak li temmen jew il-kultura tagħha?’

  3.  ċ. ‘Huwa ħin tajjeb biex nitkellem mal-persuna?’

5. Ismaʼ.

  1.   a. Titkellimx ħafna.

  2.  b. Għin lill-persuna tħossha komda tesprimi ruħha. Meta jkun il-waqt staqsi xi mistoqsijiet.