KAPITLU DSATAX
Ipproteġa, Ipprovda, u Ppersevera
1, 2. (a) Ġużeppi u l-familja tiegħu liema bidliet iffaċċjaw? (b) Ġużeppi liema aħbar kerha kellu jgħidilha lil martu?
ĠUŻEPPI xeħet tagħbija oħra fuq dahar il-ħmara. Immaġinah iħares lejn ir-raħal taʼ Betlehem wara li kien dalam u jtaptap fuq ġenb dak l-annimal tat-tagħbija li kien b’saħħtu. Żgur li kien qed jaħseb fuq il-vjaġġ twil li kellu quddiemu. L-Eġittu! Nies stranġieri, lingwa barranija, u drawwiet differenti—kif kienet se tadatta ruħha l-familja żgħira tiegħu għal daqstant bidliet?
2 Ma kienx faċli għal Ġużeppi li jgħid lill-għażiża martu, Marija, dwar l-aħbar kerha, imma rabba l-kuraġġ u mar jgħidilha. Qalilha dwar il-ħolma li fiha anġlu wassallu dan il-messaġġ mingħand Alla: Is-sultan, Erodi, ried joqtol liċ-ċkejken binhom! Kellhom jitilqu minnufih. (Aqra Mattew 2:13, 14.) Marija kienet imħassba ferm. Kif setaʼ xi ħadd ikun irid joqtol lil binha innoċenti li ma setaʼ jkun taʼ ħsara għal ħadd? La Marija u lanqas Ġużeppi ma setaʼ jifhem dan. Imma huma fdaw f’Ġeħova, u lestew biex jitilqu lejn l-Eġittu.
3. Iddeskrivi t-tluq taʼ Ġużeppi u l-familja tiegħu minn Betlehem. (Ara wkoll l-istampa.)
3 Ġużeppi, Marija, u Ġesù ħarġu mir-raħal fid-dlam waqt li n-nies taʼ Betlehem kienu reqdin bla ma jafu x’inhu jiġri. Hekk kif irħewlha lejn in-Nofsinhar, bis-sema li beda jiddawwal mil-Lvant, Ġużeppi x’aktarx li ħaseb dwar x’kien hemm lest għalihom. Kif setaʼ mastrudaxxa umli jipproteġi lil familtu minn qawwiet daqstant b’saħħithom? Dejjem kien se jirnexxilu jipprovdi għalihom? Kien se jirnexxilu jippersevera f’li jwettaq dan l-inkarigu serju li Alla Ġeħova kien tah, biex jieħu ħsieb dan it-tifel uniku u jrabbih? Ġużeppi ffaċċja sfidi taʼ qtigħ il-qalb. Hekk kif naraw kif kien lest li jiffaċċja kull waħda minnhom, se naraw għala l-missirijiet illum—u lkoll kemm aħna—għandhom bżonn jimitaw il-fidi taʼ Ġużeppi.
Ġużeppi Pproteġa lill-Familja Tiegħu
4, 5. (a) Il-ħajja taʼ Ġużeppi kif tbiddlet darba għal dejjem? (b) Anġlu kif inkuraġġixxa lil Ġużeppi biex jaċċetta inkarigu serju?
4 Xhur qabel, fil-belt taʼ Nazaret fejn għex Ġużeppi, il-ħajja tiegħu * Madankollu, anġlu kellmu f’ħolma u spjega li Marija kienet tqila permezz tal-ispirtu qaddis taʼ Ġeħova. L-anġlu kompla jgħid li t-tifel li kienet qed iġġorr kien se “jsalva lill-poplu tiegħu minn dnubiethom.” Hu kompla jaċċerta lil Ġużeppi: “Tibżax tieħu għandek lil martek Marija.”—Mt. 1:18-21.
tbiddlet darba għal dejjem wara li tgħarras maʼ bint Għeli. Ġużeppi kien jaf lil Marija bħala mara żagħżugħa innoċenti u leali. Imma mbagħad sar jaf li kienet tqila! Hu ħaseb biex jiddivorzjaha bil-moħbi biex jipproteġiha mill-iskandlu.5 Ġużeppi, raġel ġust u ubbidjenti, għamel proprju hekk. Hu aċċetta l-iktar inkarigu serju: li jrabbi u jieħu ħsieb iben li ma kienx tiegħu imma li kien prezzjuż ħafna għal Alla. Iktar tard, b’ubbidjenza għal ordni tas-sultan, Ġużeppi u martu li kienet tqila marru Betlehem biex jiġu reġistrati. Kien hemmhekk li twieldet it-tarbija.
6-8. (a) Liema ġrajjiet wasslu għal bidla oħra fil-ħajja taʼ Ġużeppi u tal-familja ċkejkna tiegħu? (b) Liema evidenza turi li kien Satana li bagħat il-“kewkba”? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt.)
6 Ġużeppi ma ħax lill-familja lura Nazaret. Minflok, huma ssetiljaw f’Betlehem, xi 10 kilometri biss ’il bogħod minn Ġerusalemm. Kienu fqar, imma Ġużeppi għamel kulma setaʼ biex jipproteġi lil Marija u ’l Ġesù mit-tbatija u milli jkunu fil-bżonn. Fi żmien qasir, marru joqogħdu f’dar sempliċi. Imbagħad meta Ġesù ma baqax tarbija imma sar tifel żgħir—forsi kellu iktar minn sena—ħajjithom f’daqqa waħda reġgħet tbiddlet.
7 Wasal grupp taʼ rġiel, astrologi mil-Lvant, x’aktarx li minn Babilonja, art imbiegħda. Kienu segwew “kewkba” li ħadithom id-dar taʼ Ġużeppi u Marija u kienu qed ifittxu tifel li kellu jsir sultan tal-Lhud. L-irġiel urew rispett kbir.
8 Kemm jekk kienu jafu u kemm jekk le, l-astrologi kienu poġġew liċ-ċkejken Ġesù f’periklu kbir. Il-“kewkba” li kienu raw ħadithom l-ewwel Ġerusalemm u mhux Betlehem. * Hemmhekk, huma qalu lis-sultan mill-agħar Erodi li kienu qed ifittxu tifel li kellu jsir sultan tal-Lhud. Ir-rapport tagħhom mela lil dan ir-raġel b’rabja mimlija għira.
9-11. (a) B’liema modi kien hemm il-ħidma taʼ forzi akbar minn dawk t’Erodi jew taʼ Satana? (b) Il-vjaġġ lejn l-Eġittu kif kien differenti minn dak li jiġi deskritt fi ħrejjef apokrifi?
9 B’ferħ, iżda, kien hemm il-ħidma taʼ forzi akbar minn dawk t’Erodi jew taʼ Satana. X’kienu? Sewwa, meta l-viżitaturi waslu d-dar taʼ Ġesù u rawh flimkien m’ommu, tawhom xi rigali u ma Mattew 2:1-12.
talbu xejn lura. Min jaf kemm kienet xi ħaġa stramba għal Ġużeppi u Marija biex ħabta u sabta sabu li kellhom “deheb, inċens, u mirra”—affarijiet taʼ valur! L-astrologi kellhom il-ħsieb li jmorru lura u jgħidu lis-Sultan Erodi eżattament fejn kienu sabu lit-tifel. Madankollu, interviena Ġeħova. Permezz taʼ ħolma, hu qal lill-astrologi biex imorru lura d-dar minn triq oħra.—Aqra10 Ftit wara li telqu l-astrologi, Ġużeppi ngħata din it-twissija minn anġlu taʼ Ġeħova: “Qum, ħu lit-tifel u lil ommu u aħrab lejn l-Eġittu, u ibqaʼ hemmhekk sakemm ngħidlek; għax Erodi se jfittex lit-tifel biex jeqirdu.” (Mt. 2:13) B’hekk, bħalma rajna fil-bidu taʼ dan il-kapitlu, Ġużeppi obda fil-pront. Hu ġab is-sigurtà tat-tifel qabel kull ħaġ’oħra u ħa lil familtu l-Eġittu. Minħabba li dawk l-astrologi pagani kienu ġabu rigali għaljin, Ġużeppi issa kellu l-mezzi li setgħu jgħinu lill-familja fil-post fejn kienu sejrin.
11 Ħrejjef u leġġendi apokrifi iktar tard żejnu r-rakkont dwar il-vjaġġ lejn l-Eġittu. Huma qalu li ċ-ċkejken Ġesù b’mod mirakoluż qassar il-vjaġġ, ġiegħel lill-ħallelin ma jagħmlux ħsara, u anke baxxa s-siġar tat-tamal biex ommu tkun tistaʼ taqtaʼ l-frott. * Fil-verità, kien sempliċement vjaġġ twil iebes lejn post fejn qatt ma kienu marru qabel.
Ġużeppi ċaħħad lilu nnifsu mill-kumdità għall-benefiċċju taʼ familtu
12. Il-ġenituri li qed irabbu lil uliedhom f’din id-dinja perikoluża, x’jistgħu jitgħallmu minn Ġużeppi?
12 Il-ġenituri jistgħu jitgħallmu ħafna minn Ġużeppi. Minn jeddu waqaf minn xogħlu u ċaħħad lilu nnifsu mill-kumdità sabiex jipproteġi lil familtu mill-periklu. B’mod ċar, hu fehem li Ġeħova kien fdalu f’idejh lill-familja tiegħu bħala wirt sagru. Illum, il-ġenituri jrabbu lil uliedhom f’dinja perikoluża, dinja mimlija b’forzi li kapaċi jagħmlu l-ħsara, jikkorrompu, u anki jeqirdu liż-żgħażagħ. Kemm huma taʼ min jammirahom dawk il-missirijiet u l-ommijiet li jaġixxu b’mod deċiżiv bħal Ġużeppi, u li jaħdmu iebes biex jipproteġu lil uliedhom minn influwenzi bħal dawn!
Ġużeppi Pprovda għall-Familja Tiegħu
13, 14. Ġużeppi u Marija kif spiċċaw irabbu lill-familja tagħhom f’Nazaret?
13 Jidher li l-familja m’għexitx wisq l-Eġittu, għax anġlu ma damx ma informa lil Ġużeppi li Erodi kien miet. Ġużeppi ġab lil familtu lura lejn art twelidhom. Profezija tal-qedem kienet bassret Mt. 2:15) Ġużeppi għen biex din il-profezija titwettaq, imma issa fejn kien se jieħu lil familtu?
li Ġeħova kellu jsejjaħ lil Ibnu “mill-Eġittu.” (14 Ġużeppi qies l-affarijiet sew. Hu b’għaqal beżaʼ mis-suċċessur t’Erodi, Arkelaw, li bħal Erodi kien kattiv u qattiel. Gwida divina dderiġiet lil Ġużeppi biex jieħu lil familtu lejn it-Tramuntana, lura lejn il-belt taʼ Nazaret fil-Galilija fejn trabba, ’il bogħod minn Ġerusalemm u l-konfoffi kollha tagħha. Hemmhekk, hu u Marija rabbew lill-familja tagħhom.—Aqra Mattew 2:19-23.
15, 16. X’kien involut fix-xogħol taʼ Ġużeppi, u liema għodod setaʼ uża?
15 Huma għexu ħajja sempliċi—imma mhux xi waħda faċli. Il-Bibbja tirreferi għal Ġużeppi bħala l-mastrudaxxa, kelma li tinkludi fiha ħafna modi kif wieħed jaħdem bl-injam, bħal li jaqtaʼ s-siġar għall-injam, iġorru, u jnixxfu biex jintuża għall-bini taʼ djar, dgħajjes, pontijiet żgħar, karrettuni, roti, imdamad, u kull xorta t’għodda tar-rabaʼ. (Mt. 13:55) Kien xogħol fiżiku iebes. Mastrudaxxa fi żminijiet Bibliċi spiss kien jaħdem ħdejn il-bieb tad-dar sempliċi tiegħu jew f’ħanut viċin tagħha.
16 Ġużeppi uża varjetà kbira t’għodod, li xi ftit minnhom x’aktarx li kienu taʼ missieru. Għandu mnejn uża skwerra, riegla ċomb, mannara, serrieq, lexxuna, martell, mazza, furmaturi, rebekkin li kien iħaddem billi jiġbed il-qaws lura u ’l quddiem, kolol differenti, u forsi xi ftit imsiemer, għalkemm dawn kienu għaljin.
17, 18. (a) Ġesù x’tgħallem mill-missier adottiv tiegħu? (b) Ġużeppi għala kellu jistinka dejjem iktar fis-sengħa tiegħu?
17 Immaġina lil Ġesù meta kien żgħir, attent iħares lejn missieru adottiv waqt xogħlu. B’għajnejh miftuħin beraħ u attent għal kull ħaġa li jagħmel Ġużeppi, hu bla dubju ammira s-saħħa f’dawk l-ispallejn miftuħin u d-dirgħajn b’saħħithom, il-kapaċità tal-idejn, u l-intelliġenza fl-għajnejn. Forsi Ġużeppi beda juri liċ-ċkejken ibnu kif jagħmel xi xogħol ħafif bħal li jixkatla l-injam bil-ġilda mnixxfa tal-ħut. X’aktarx li għallem lil Ġesù d-differenzi li hemm fil-varjetà taʼ injam li kien juża—bħal pereżempju s-siġar tal-ġummajż, tal-ballut, jew taż-żebbuġ.
Mt. 13:55, 56) Ġużeppi kellu jistinka dejjem iktar biex jieħu ħsiebhom u jitmagħhom kollha.
18 Ġesù tgħallem ukoll li dawk l-idejn b’saħħithom li qatgħu s-siġar, ippreparaw it-travi, u waħħlu l-injam flimkien kienu wkoll idejn teneri li żegħlu bih u farrġu lilu, lil ommu, u lil ħutu. Iva, Ġużeppi u Marija kellhom familja li kienet qed tikber u li maż-żmien inkludiet minn tal-inqas sitt itfal minbarra Ġesù. (Ġużeppi fehem li l-indokrar spiritwali taʼ familtu kien l-iktar biċċa xogħol importanti li kellu jagħmel
19. Ġużeppi kif ħa ħsieb il-ħtiġijiet spiritwali tal-familja tiegħu?
19 Madankollu, Ġużeppi fehem li l-indokrar spiritwali taʼ familtu kien l-iktar biċċa xogħol importanti li kellu jagħmel. Għalhekk, hu ħa l-ħin biex jgħallem lil uliedu dwar Alla Ġeħova u l-liġijiet Tiegħu. Hu u Marija kienu jiħduhom regolarment is-sinagoga lokali, fejn il-Liġi kienet tinqara b’leħen għoli u tiġi spjegata. Forsi Ġesù kien ikollu ħafna mistoqsijiet wara, u Ġużeppi kien jagħmel l-almu tiegħu biex jissodisfa l-ġuħ spiritwali tat-tifel. Ġużeppi kien jieħu lill-familja tiegħu wkoll għal festi reliġjużi f’Ġerusalemm. Għall-Qbiż li kien isir kull sena, Ġużeppi x’aktarx li kien ikollu bżonn ġimagħtejn biex jivvjaġġa madwar 120 kilometru, ikun preżenti għall-okkażjoni, u mbagħad imur lura d-dar.
20. Il-kapijiet Kristjani tal-familja kif jistgħu jsegwu l-eżempju li ħalla Ġużeppi?
20 Kapijiet Kristjani tal-familja llum jimxu bl-istess mod. Huma jagħtu minnhom infushom għal uliedhom billi jpoġġu t-taħriġ spiritwali qabel kull tħassib ieħor, inkluż il-kumditajiet materjali. Huma jagħmlu minn kollox biex jagħmlu l-qima tal-familja u jieħdu lil uliedhom għal-laqgħat u l-assembleat Kristjani. Bħal Ġużeppi, huma jafu li m’hemmx investiment aħjar li jistgħu jagħmlu għall-ġid taʼ wliedhom.
“Qisna Rjus Maqtugħa”
21. X’kienet tagħmel il-familja taʼ Ġużeppi fi żmien il-Qbiż, u Ġużeppi u Marija meta indunaw li Ġesù ma kienx magħhom?
21 Meta Ġesù kellu 12-il sena, Ġużeppi ħa lill-familja Ġerusalemm bħas-soltu. Kien il-Qbiż, żmien taʼ festa, u familji kbar kienu jivvjaġġaw flimkien fi gruppi kbar qalb il-kampanja tħaddar tar-rebbiegħa. Hekk kif waslu ħdejn il-pajsaġġ differenti qrib Ġerusalemm, li kienet fl-għoli, ħafna kantaw is-salmi familjari tat-tlajjaʼ. (Salmi 120–134) X’aktarx li l-belt kienet miżgħuda b’mijiet t’eluf taʼ nies. Wara, il-familji u l-gruppi li kienu magħhom irħewlha lejn id-dar. Ġużeppi u Marija, forsi għax kellhom ħafna x’jagħmlu, ħasbu li Ġesù kien qed jivvjaġġa m’oħrajn, forsi maʼ xi qraba. Kien biss wara li għamlu ġurnata mixi ’l barra minn Ġerusalemm li indunaw b’din il-verità tal-biżaʼ—Ġesù ma kienx hemm!—Lq. 2:41-44.
22, 23. Ġużeppi u Marija x’għamlu meta rrealizzaw li binhom ma kienx għadu magħhom, u Marija x’qalet meta fl-aħħar sabuh?
22 Inkwetati għall-aħħar, huma reġgħu ħadu t-triq kollha lura lejn Ġerusalemm. Immaġina kemm il-belt setgħet dehret vojta u stramba għalihom issa hekk kif bdew mexjin fit-toroq, isejħu isem binhom. Fejn setaʼ kien it-tifel? Wara li damu jfittxuh tlett ijiem, beda Ġużeppi jaħseb jekk kienx naqas bil-kbir f’li jieħu ħsieb dan il-wirt sagru fdat lilu minn Ġeħova? Fl-aħħar, marru fit-tempju. Hemmhekk fittxewh sakemm waslu ħdejn kamra fejn kienu miġburin ħafna rġiel għorrief, li kienu jafu l-Liġi tajjeb—bit-tfajjel Ġesù Lq. 2:45, 46.
bilqiegħda f’nofshom! Immaġina s-serħan li ħassew Ġużeppi u Marija!—23 Ġesù kien qed jismaʼ lill-irġiel għorrief u kollu ħerqan kien qed jagħmlilhom xi mistoqsijiet. L-irġiel kienu baqgħu mbellhin bil-fehma li kellu t-tifel u bit-tweġibiet tiegħu. Anki Marija u Ġużeppi baqgħu skantati. Fir-rakkont Bibliku, Ġużeppi jibqaʼ sieket. Imma dak li qalet Marija b’emozzjoni jgħodd għalihom it-tnejn: “Ibni, għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jien konna qed infittxuk qisna rjus maqtugħa.”—Lq. 2:47, 48.
24. Il-Bibbja kif tagħtina stampa realistika tal-irwol tal-ġenituri?
24 B’hekk, fi ftit kliem, il-Kelma t’Alla tagħtina stampa realistika tal-irwol tal-ġenituri. Dan jistaʼ jkun mimli stress—anki jekk it-tifel ikun perfett! Li tkun ġenitur fid-dinja perikoluża tal-lum jistaʼ jġib stress mentali kbir, imma l-missirijiet u l-ommijiet jistgħu
jitfarrġu f’li jkunu jafu li l-Bibbja tirrikonoxxi l-isfida li jiffaċċjaw.25, 26. Ġesù kif wiġibhom lill-ġenituri tiegħu, u Ġużeppi kif għandu mnejn ħassu dwar kliem ibnu?
25 Ġesù baqaʼ fl-uniku post fid-dinja fejn ħassu l-iktar qrib taʼ Missieru tas-sema, Ġeħova, ħerqan li jdaħħal f’moħħu kulma setaʼ jitgħallem. Hu wieġeb lill-ġenituri tiegħu b’sinċerità sempliċi: “Għalfejn fittixtuni? Ma kontux tafu li għandi nkun f’dar Missieri?”—Lq. 2:49.
26 Żgur li Ġużeppi ħaseb darba wara l-oħra fuq dan il-kliem. Forsi ġiegħlu jħossu kuntent u kburi. Wara kollox, kien ħabrek biex jgħallem lil ibnu adottat iħossu b’dan il-mod dwar Alla Ġeħova. Sa dak iż-żmien fi tfulitu, Ġesù diġà kellu sentimenti teneri dwar il-kelma “missier”—sentimenti li ġew magħġunin l-iżjed minħabba s-snin li qattaʼ maʼ Ġużeppi.
27. Bħala missier, xi privileġġ għandek, u għala għandek tiftakar fl-eżempju taʼ Ġużeppi?
27 Jekk int missier, tirrealizza xi privileġġ għandek f’li tgħin lil uliedek jifformaw l-idea tagħhom taʼ xi jfisser li jkollhom missier li jipproteġihom u li jħobbhom? Bl-istess mod, jekk għandek tfal tar-rispett jew adottati, ftakar fl-eżempju taʼ Ġużeppi u ttratta lil kull wieħed bħala uniku u prezzjuż. Għin lil dawk it-tfal jersqu eqreb lejn Missierhom tas-sema, Alla Ġeħova.—Aqra Efesin 6:4.
Ġużeppi Ppersevera Lealment
28, 29. (a) Il-kliem imniżżel f’Luqa 2:51, 52 x’jirrivela dwar Ġużeppi? (b) Ġużeppi liema rwol kellu f’li jgħin lil ibnu jikseb l-għerf?
28 Fil-Bibbja hemm biss ftit iktar dettalji mill-ħajja taʼ Ġużeppi, imma huma taʼ min jiflihom sew. Aħna naqraw li Ġesù “baqaʼ sottomess lejhom”—lejn il-ġenituri tiegħu. Insibu wkoll li “Ġesù baqaʼ javanza fl-għerf u fl-iżvilupp fiżiku u approvat minn Alla u mill-bnedmin.” (Aqra Luqa 2:51, 52.) Dan il-kliem x’jgħidilna dwar Ġużeppi? Diversi affarijiet. Nitgħallmu li Ġużeppi kompla jieħu t-tmexxija f’daru, għaliex ibnu, li kien perfett, irrispetta l-awtorità taʼ missieru u baqaʼ jkun sottomess lejha.
29 Nitgħallmu wkoll li Ġesù kompla jikber fl-għerf. Ġużeppi żgur li kellu sehem kbir biex ibnu jagħmel progress f’din il-ħaġa. Dak iż-żmien kien hemm proverbju li kien ilu jintuża fost il-Lhud. Illum għadek tistaʼ ssibu u taqrah. Il-proverbju jgħid li huma biss in-nies li m’għandhomx għalfejn jaħdmu li verament jistgħu jsiru għorrief, filwaqt li nies tas-sengħa, bħall-mastrudaxxi, il-bdiewa, u l-ħaddieda, “ma jistgħux jiddikjaraw ġustizzja u ġudizzju; u ma jinstabux fejn jissemmew il-parabboli.” Iktar tard, Ġesù wera kemm ma kienx jagħmel sens dan il-proverbju. Bħala tifel, hu kemm-il darba kien semaʼ lil missieru adottiv, għalkemm kien mastrudaxxa umli, jgħallem b’mod effettiv dwar ‘il-ġustizzja u l-ġudizzju’ taʼ Ġeħova!
30. Ġużeppi kif kien taʼ eżempju għall-kapijiet tal-familja llum?
30 Nistgħu wkoll naraw evidenza tal-effett li ħalla Ġużeppi fuq l-iżvilupp fiżiku taʼ Ġesù. Il-ġenituri tiegħu ħadu ħsiebu sew u hu kiber u sar raġel b’saħħtu. Iktar minn hekk, Ġużeppi ħarreġ lil ibnu biex isir tas-sengħa fix-xogħol fiżiku tiegħu. Ġesù ma kienx magħruf biss bħala iben il-mastrudaxxa imma wkoll bħala “l-mastrudaxxa.” (Mk. 6:3) B’hekk, it-taħriġ li tah Ġużeppi kien taʼ suċċess. Il-kapijiet tal-familja b’għaqal jimitaw lil Ġużeppi. Huma b’mod prattiku jieħdu ħsieb il-benesseri taʼ wliedhom u jagħmlu ċert li dawn ikunu kapaċi jmantnu lilhom infushom.
31. (a) L-evidenza x’turi dwar meta miet Ġużeppi? (Inkludi l- kaxxa.) (b) Ġużeppi x’eżempju ħallielna biex nimitawh?
31 Hekk kif naslu fir-rakkont Bibliku meta Ġesù tgħammed meta kellu madwar 30 sena, insibu li Ġużeppi ma jibqax jissemma iktar. L-evidenza tagħti x’tifhem li Marija kienet armla sa meta Ġesù beda l-ministeru tiegħu. (Ara l-kaxxa “Meta Miet Ġużeppi?”) Madankollu, Ġużeppi ħalla eżempju eċċellenti taʼ missier li pproteġa lill-familja tiegħu, ipprovda għaliha, u ppersevera b’lealtà sal-aħħar. Kull missier, kull kap taʼ familja, jew kwalunkwe Kristjan ieħor jagħmel tajjeb li jimita l-fidi taʼ Ġużeppi.
^ par. 4 F’dawk iż-żminijiet, l-għerusija kienet titqies kważi l-istess bħaż-żwieġ.
^ par. 8 Din il-“kewkba” ma kinitx xi fenomenu naturali tal-astronomija; lanqas ma kien Alla li bagħatha. Jidher ċar li Satana uża din id-dehra sopranaturali bħala parti mill-pjan mill-agħar tiegħu biex jeqred lil Ġesù.
^ par. 11 Il-Bibbja turi ċar li l-ewwel miraklu li għamel Ġesù, “il-bidu tas-sinjali tiegħu,” seħħ wara l-magħmudija tiegħu.—Ġw. 2:1-11.