Introduzzjoni
Alla huwa bħal missier li jħobb. 1 Pietru 5:6, 7
Alla huwa l-Ħallieq tagħna, u hu jimpurtah minna. Sewwasew bħalma missier għaqli u taʼ mħabba jgħallem lil uliedu, hekk ukoll Alla jgħallem lin-nies kullimkien l-aqwa mod t’għajxien.
Alla jirrivela veritajiet prezzjużi li jimlewna b’ferħ u b’tama.
Jekk tismaʼ minn Alla, hu se jiggwidak, jipproteġik, u jgħinek tkampa mal-problemi.
Iżda hemm iktar minn hekk —int se tgħix għal dejjem!