Privacy Settings

To provide you with the best possible experience, we use cookies and similar technologies. Some cookies are necessary to make our website work and cannot be refused. You can accept or decline the use of additional cookies, which we use only to improve your experience. None of this data will ever be sold or used for marketing. To learn more, read the Global Policy on Use of Cookies and Similar Technologies. You can customize your settings at any time by going to Privacy Settings.

Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

STORJA 18

Ġakobb Imur Ħaran

Ġakobb Imur Ħaran

TAF min huma dawn l-​irġiel li qed ikellem Ġakobb? Wara li vvjaġġa għal ħafna ġranet, Ġakobb iltaqaʼ magħhom ħdejn bir. Kienu qed jieħdu ħsieb in-​nagħaġ tagħhom. Ġakobb staqsa: ‘Minn fejn intom?’

Huma qalu: ‘Minn Ħaran.’

Ġakobb staqsiehom: ‘Tafuh lil Laban?’

‘Iva,’ wiġbuh. ‘Ara, ġejja bintu, Rakele, mal-​merħla nagħaġ tiegħu.’ Qed taraha lil Rakele ġejja?

Meta Ġakobb ra lil Rakele bin-​nagħaġ taʼ zijuh Laban, hu mar u gerbeb il-​ġebla minn fuq il-​bir ħalli n-​nagħaġ ikunu jistgħu jixorbu. Imbagħad, Ġakobb ta bewsa lil Rakele u qalilha min kien. Kienet eċċitata ħafna, u marret id-​dar u qalet lil missierha Laban.

Laban kien ferħan ħafna li Ġakobb kien se joqgħod għandu. U meta Ġakobb staqsa biex jiżżewweġ lil Rakele, Laban ħa gost. Iżda, hu staqsa lil Ġakobb biex jaħdem fl-​għelieqi tiegħu għal sebaʼ snin biex jieħu lil Rakele. Ġakobb għamel dan għax kien iħobbha ħafna. Imma meta wasal iż-​żmien għaż-​żwieġ, taf x’ġara?

Laban ta lil Ġakobb lil bintu l-​kbira Lea minflok ma tah lil Rakele. Meta Ġakobb aċċetta li jaħdem għal Laban sebaʼ snin oħra, Laban tah ukoll lil Rakele bħala martu. F’dak iż-​żmien, Alla ħalla li raġel ikollu iktar minn mara waħda. Imma issa, bħalma turi l-​Bibbja, raġel għandu jkollu mara waħda biss.