X’Inhi l-Verità dwar Alla?
Kapitlu Wieħed
X’Inhi l-Verità dwar Alla?
Alla verament jimpurtah minnek?
Alla x’tip taʼ persuna hu? Għandu isem?
Huwa possibbli li tersaq qrib lejn Alla?
1, 2. Spiss għala hu tajjeb li tistaqsi mistoqsijiet?
QATT innotajt il-mod kif it-tfal jistaqsu l-mistoqsijiet? Ħafna minnhom jibdew jistaqsu l-mistoqsijiet malli jitgħallmu jitkellmu. B’par għajnejn daqsiex u ħerqanin, iħarsu lejk u jistaqsu affarijiet bħal: Is-sema għala hu blu? Il-kwiekeb minn xiex huma magħmulin? L-għasafar min għallimhom jgħannu? Forsi tagħmel mill-aħjar biex tweġibhom, imma mhux dejjem ikun faċli. Anki jekk it-tweġiba li tagħtihom tkun tajba ħafna, huma jerġgħu joħorġulek b’mistoqsija oħra: Għala?
2 Mhux it-tfal biss iħobbu jistaqsu l-mistoqsijiet. Aħna u nikbru nkomplu nistaqsu. Nistaqsu sabiex insibu t-triq, biex niskopru liema perikli jeħtieġ nevitaw, jew biex naqtgħu l-kurżità. Imma ħafna nies mid-dehra ma jibqgħux jistaqsu mistoqsijiet, speċjalment dawk l-iktar importanti. Jew inkella, ma jkomplux ifittxu t-tweġibiet.
3. Ħafna nies għala jieqfu milli jfittxu t-tweġibiet għall-iktar mistoqsijiet importanti?
3 Aħseb dwar il-mistoqsija fuq il-qoxra taʼ dan il-ktieb, il-mistoqsijiet li hemm fl-introduzzjoni tiegħu, jew dawk fil-bidu taʼ dan il-kapitlu. Dawn huma xi ftit mill-iktar mistoqsijiet importanti li tistaʼ tistaqsi. Madankollu, ħafna nies qatgħu qalbhom u ma baqgħux jipprovaw isibu t-tweġibiet. Għala? Tistaʼ ssibhom fil-Bibbja dawn it-tweġibiet? Xi wħud iħossu li t-tweġibiet li tagħti huma tqal wisq biex tifhimhom. Oħrajn iħossuhom imbarazzati li jistaqsu ċerti mistoqsijiet għax jibżgħu li jaqgħu għaċ-ċajt. U jerġaʼ oħrajn jiddeċiedu li mistoqsijiet bħal dawn l-aħjar li jħalluhom għall-mexxejja u l-għalliema reliġjużi. Int kif taħsibha?
4, 5. X’inhuma xi ftit mill-iktar mistoqsijiet importanti li nistgħu nistaqsu f’ħajjitna, u għala għandna nfittxu t-tweġibiet għalihom?
4 Iktar iva milli le, int jinteressak li ssib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti tal-ħajja. Bla dubju, xi drabi forsi tistaqsi: ‘X’inhu l-iskop tal-ħajja? Din il-ħajja biss hemm? Alla x’tip taʼ persuna hu verament?’ Tajjeb li tistaqsi mistoqsijiet bħal dawn, u hu importanti li ma taqtax qalbek sakemm issib tweġibiet sodisfaċenti u taʼ min jafdahom. Lgħalliem famuż, Ġesù Kristu, qal: “Ibqgħu itolbu, u jingħatalkom; ibqgħu fittxu, u ssibu; ibqgħu ħabbtu, u jinfetħilkom.”—Mattew 7:7.
5 Jekk ‘tibqaʼ tfittex’ it-tweġibiet għall-mistoqsijiet importanti, int se ssib li t-tfittxija tiegħek tistaʼ tkun premjanti ħafna. (Proverbji 2:1-5) Minkejja dak kollu li forsi qalulek in-nies, it-tweġibiet jeżistu, u int tistaʼ ssibhom—fil-Bibbja. It-tweġibiet m’humiex tqal wisq biex tifhimhom. Iktar minn hekk, iġibu tama u ferħ. U jistgħu jgħinuk tgħix ħajja sodisfaċenti issa stess. L-ewwel, ejja nikkunsidraw mistoqsija li ilha tħawwad lil ħafna nies.
VERU LI ALLA HU BLA QALB U MA JIMPURTAHX MIN-NIES?
6. Ħafna nies għala jaħsbu li Alla ma jimpurtahx mis-sofferenzi li għaddejjin minnhom aħna l-bnedmin?
6 Ħafna nies jaħsbu li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija iva. ‘Kieku Alla jimpurtah minna,’ huma jirraġunaw, ‘ma kinitx id-dinja tkun differenti ħafna milli hi?’ Meta nħarsu madwarna ma narawx ħlief dinja mimlija gwerer, mibegħda, u miżerja. U taʼ bnedmin li aħna, nimirdu, insofru, u naraw lill-għeżież tagħna jmutu. B’hekk, ħafna jgħidu, ‘Kieku Alla jimpurtah minna u mill-problemi tagħna, ma kienx hu jieħu passi biex ma jħallix dawn l-affarijiet jiġru?’
7. (a) L-għalliema reliġjużi kif wasslu lin-nies biex jaħsbu li Alla hu bla qalb? (b) Il-Bibbja x’tgħallem verament dwar is-sofferenzi li kultant ngħaddu minnhom?
7 Agħar minn hekk, kultant l-għalliema reliġjużi stess iwasslu lin-nies biex jaħsbu li Alla hu bla qalb. Dan kif? Meta jkun hemm xi diżgrazzja, huma jgħidu li Alla hekk irid. Fil-fatt, dawn l-għalliema jwaħħlu f’Alla għad-diżgrazzji li jiġru. Hija din il-verità dwar Alla? Il-Bibbja x’tgħallem verament? Ġakbu 1:13 iwieġeb: “Meta jkun qed jiġi mġarrab, ħalli ħadd ma jgħid: ‘Alla qed iġarrabni.’ Għax Alla ma jistax jiġi mġarrab b’affarijiet ħżiena u lanqas ma jġarrab lil ħadd.” Għalhekk, Alla qatt m’hu l-kaġun tad-deni li qed tara fid-dinja madwarek. (Ġob 34:10-12) Veru, hu jippermetti li jiġru affarijiet ħżiena. Imma hemm differenza kbira bejn li tippermetti li tiġri xi ħaġa u li tikkaġunaha.
8, 9. (a) Kif tistaʼ turi d-differenza li hemm bejn li tippermetti li l-ħażen jeżisti u li tikkaġunah? (b) Għala ma nkunux ġusti jekk nikkritikaw id-deċiżjoni t’Alla li jippermetti lill-bnedmin jaqbdu triq ħażina?
8 Per eżempju, aħseb ftit dwar missier għaqli kollu mħabba, li għandu lil ibnu kbir għadu jgħix id-dar miegħu. Meta dan l-iben jirribella u jiddeċiedi li jitlaq mid-dar, missieru mhux se jżommu. L-iben jaqbad triq ħażina u jispiċċa fl-inkwiet. Huwa l-missier il-kaġun tal-problemi taʼ ibnu? Le. Luqa 15:11-13) Bl-istess mod, Alla ma waqqafx lill-bnedmin meta dawn għażlu li jaqbdu triq ħażina, però hu m’huwiex il-kaġun tal-problemi li jiġu b’riżultat taʼ dan. Mela, żgur li ma jkunx ġust li twaħħal f’Alla għall-inkwiet kollu tal-bnedmin.
(9 Alla għandu raġunijiet tajbin għala jippermetti lillbnedmin jaqbdu triq ħażina. Bħala l-Ħallieq għaref u setgħan tagħna, hu m’għandux għalfejn joqgħod jispjegalna r-raġunijiet għala jagħmel dan. Madankollu, dan jagħmlu sforz l-imħabba li għandu. Int se titgħallem iktar dwar dawn ir-raġunijiet f’Kapitlu 11. Imma serraħ moħħok li Alla m’huwiex responsabbli għall-problemi li qed inħabbtu wiċċna magħhom. Għall-kuntrarju, hu jagħtina l-unika tama għal soluzzjoni!—Isaija 33:2.
10. Għala nistgħu nkunu fiduċjużi li Alla se jneħħi l-effetti kollha tal-ħażen?
10 Barra minn hekk, Alla hu qaddis. (Isaija 6:3) Dan ifisser li hu safi u nadif. M’hemm ebda ħjiel taʼ ħażen fih. Għalhekk jistaʼ jkollna fiduċja sħiħa fih. Dan ma nistgħux ngħiduh għall-bnedmin, li xi drabi jsiru korrotti. Anki l-iktar bniedem onest fl-awtorità spiss ma jkollux is-setgħa li jsewwi l-ħsara li jagħmlu n-nies il-ħżiena. Però Alla jistaʼ kollox. Hu jistaʼ jneħħi l-effetti kollha li l-ħażen ħalla fuq il-bnedmin, u hekk se jagħmel. Meta Alla jaġixxi, hu se jagħmel dan b’mod li jtemm il-ħażen għal dejjem!—Salm 37:9-11.
ALLA KIF IĦOSSU DWAR L-INĠUSTIZZJI LI NIFFAĊĊJAW?
11. (a) Alla kif iħossu dwar l-inġustizzji? (b) Alla kif iħossu meta jarak issofri?
11 Sadanittant, Alla kif qed iħossu dwar dak li qed jiġri fid-dinja u f’ħajtek? L-ewwelnett, il-Bibbja tgħallem li Alla “jħobb is-sewwa.” (Salm 37:28) Għalhekk, hu jinteressah ħafna dwar x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Hu jobgħod kull xorta taʼ inġustizzja. Il-Bibbja tgħid li Alla “sewwed qalbu” meta d-dinja fl-imgħoddi mtliet bil-ħażen. (Ġenesi 6:5, 6) Alla ma nbidilx. (Malakija 3:6) Xorta għadu jobgħod jara s-sofferenzi li qed iseħħu fid-dinja kollha. U Alla jobgħod jara lin-nies isofru. “Hu jimpurtah minnkom,” tgħid il-Bibbja.—1 Pietru 5:7.
12, 13. (a) Għala għandna kwalitajiet tajbin bħalma hija l-imħabba, u din kif teffettwa l-mod kif inħarsu lejn id-dinja? (b) Għala nistgħu nkunu ċerti li Alla tassew se jagħmel xi ħaġa biex isolvi l-problemi tad-dinja?
12 Kif nistgħu nkunu żguri li Alla jobgħod jara s-sofferenzi? Ejja naraw iktar provi. Il-Bibbja tgħallem li l-bniedem inħalaq fix-xbieha t’Alla. (Ġenesi 1:26) B’hekk, il-fatt li għandna kwalitajiet tajbin hu prova li Alla għandu kwalitajiet tajbin. Per eżempju, tħoss int meta tara nies innoċenti jbatu? Jekk int tħoss meta tara dawn l-inġustizzji, ibqaʼ ċert li Alla jħoss ferm iktar meta jarahom isiru.
13 Waħda mill-iktar affarijiet sbieħ li għandhom il-bnedmin hi l-kapaċità li jħobbu. Dan ukoll juri xi ħaġa dwar Alla. Il-Bibbja tgħallem li “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Aħna nħobbu għaliex Alla jħobb. Tqanqlek l-imħabba biex tneħħi s-sofferenzi u l-inġustizzji li tara fid-dinja? Kieku kellek is-setgħa li tneħħihom kont tagħmlu dan? Dażgur li kont! Daqstant ieħor tistaʼ tkun ċert li Alla se jneħħi s-sofferenzi u l-inġustizzji kollha. Il-wegħdi msemmijin fl-introduzzjoni taʼ dan il-ktieb m’humiex sempliċi ħolm jew tamiet fiergħa. Il-wegħdi t’Alla żgur li se jitwettqu! Iżda sabiex ikollok fidi f’wegħdi bħal dawn, jeħtieġ li tkun taf iktar dwar l-Alla li għamilhom.
ALLA JIXTIEQEK ISSIR TAFU
14. X’inhu l-isem t’Alla, u għala għandna nużawh?
14 Jekk tixtieq li xi ħadd isir jafek, x’taħseb li tagħmel? Mhux tgħidlu x’jismek? Alla għandu isem? Ħafna reliġjonijiet jgħidu li ismu hu “Alla” jew “Mulej,” imma dawn m’humiex ismijiet persunali. Huma biss titli, bħalma “sultan” u “president” huma titli. Il-Bibbja tgħallimna li Alla għandu ħafna titli. “Alla” u “Mulej” huma tnejn minnhom. Madankollu, il-Bibbja tgħallimna wkoll li Alla għandu isem persunali: Ġeħova. Salm 83:19 (83:18, NW) jgħid: “Jaħweh [jew Ġeħova] hu ismek, li int waħdek l-Għoli fuq l-art kollha.” Jekk fil-Bibbja tiegħek m’hemmx l-isem t’Alla, forsi tkun trid tara x’jgħid l-Appendiċi f’paġni 195-7 taʼ dan il-ktieb biex issir taf għala. Il-verità hi li l-isem t’Alla jidher eluf taʼ drabi fil-manuskritti antiki tal-Bibbja. Mela Ġeħova jixtieqek tkun taf ismu u tużah. F’ċertu sens, hu qed juża l-Bibbja biex jintroduċi lilu nnifsu miegħek.
15. Xi jfisser l-isem Ġeħova?
15 L-isem li Alla ta lilu nnifsu jfisser ħafna. Ismu, Ġeħova, ifisser li Alla jistaʼ jwettaq kwalunkwe wegħda li jagħmel u kwalunkwe skop li għandu f’moħħu. * L-isem t’Alla huwa uniku fil-veru sens tal-kelma. Hu biss jismu hekk. Ġeħova hu uniku f’ħafna modi. F’liema sens?
16, 17. X’nistgħu nitgħallmu dwar Ġeħova minn dawn it-titli li ġejjin: (a) ‘Dak li Jistaʼ Kollox’? (b) “Sultan taʼ l-eternità”? (ċ) “Ħallieq”?
Salm 83:19 (83:18, NW) qal dwar Ġeħova: “Int waħdek l-Għoli.” (Korsiv tagħna.) Bl-istess mod, Ġeħova waħdu jissejjaħ ‘Dak li Jistaʼ Kollox.’ Rivelazzjoni 15:3 jgħid: “Kbar u taʼ l-għaġeb l-għemejjel tiegħek, Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox. Ġusti u veri triqatek, Sultan taʼ l-eternità.” It-titlu ‘Jistaʼ Kollox’ jgħallimna li Ġeħova hu l-iktar esseri setgħan li jeżisti. Il-qawwa tiegħu m’hawnx bħalha; hija suprema. U t-titlu “Sultan taʼ l-eternità” jfakkarna li Ġeħova hu uniku f’sens ieħor. Hu biss eżista minn dejjem. Salm 90:2 jgħid: “Minn dejjem taʼ dejjem int, o Alla.” Ma taħsibx li dan il-ħsieb iqanqal ċertu biżaʼ u stagħġib fik?
16 Rajna li17 Ġeħova hu wkoll uniku għax hu biss huwa l-Ħallieq. Rivelazzjoni 4:11 jgħid: “Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-glorja u l-unur u l-qawwa, għax int ħlaqt l-affarijiet kollha, u bir-rieda tiegħek eżistew u nħolqu.” Kulma tistaʼ timmaġina—mill-ħlejjaq inviżibbli li hemm fis-sema u l-kwiekeb li jimlew is-sema bil-lejl sal-frott li jikber fuq is-siġar u l-ħut li jgħum fl-ibħra u x-xmajjar—kollox jeżisti għaliex Ġeħova hu l-Ħallieq!
TISTAʼ TĦOSSOK QRIB ĠEĦOVA?
18. Xi nies għala jħossu li qatt ma jistgħu jersqu qrib lejn Alla, imma l-Bibbja x’tgħallem?
18 Xi nies iħossuhom xi ftit imbeżżgħin meta jaqraw dwar il-kwalitajiet taʼ Ġeħova li tant iqanqlu biżaʼ u stagħġib. Jibżgħu li Alla hu għoli wisq għalihom, li qatt ma jistgħu jersqu qrib lejh, jew li saħansitra qatt ma jistgħu jkunu importanti għal Alla kbir bħal dan. Imma hija din l-idea korretta? Il-Bibbja tgħallem preċiż il-kontra. Din tgħid hekk dwar Ġeħova: “Fil-fatt, m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.” (Atti 17:27) Il-Bibbja saħansitra tħeġġiġna: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8.
19. (a) Kif nistgħu nibdew nersqu qrib lejn Alla, u b’liema benefiċċju? (b) Liema kwalitajiet t’Alla jolqtuk l-iktar?
Ġwanni 17:3) Iva, il-Bibbja turi li t-tagħlim dwar Ġeħova u Ġesù jwassal għall-“ħajja taʼ dejjem”! Bħalma diġà ġie notat, “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:16) Ġeħova għandu wkoll ħafna kwalitajiet sbieħ li jolqtuk. Per eżempju, il-Bibbja tgħid li Ġeħova hu “Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà.” (Eżodu 34:6) Hu ‘twajjeb u jaħfer.’ (Salm 86:5) Alla hu paċenzjuż. (2 Pietru 3:9) Hu leali. (Rivelazzjoni 15:4) Hekk kif tkompli taqra l-Bibbja, se tara kif Ġeħova wera li għandu dawn il-kwalitajiet li ssemmew u ħafna oħrajn li tant jolqtuk.
19 Kif tistaʼ tersaq qrib lejn Alla? L-ewwel ħaġa, kompli agħmel dak li qed tagħmel issa—titgħallem dwar Alla. Ġesù qal: “Il-ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.” (20-22. (a) Jistaʼ l-fatt li ma nistgħux naraw lil Alla jżommna milli nersqu qrib lejh? Spjega. (b) Xi nies b’intenzjoni tajba x’jistgħu jħeġġuk tagħmel, imma int x’għandek tagħmel?
20 Veru, lil Alla ma tistax tarah għax hu spirtu inviżibbli. (Ġwanni 1:18; 4:24; 1 Timotju 1:17) Imma, billi titgħallem dwaru permezz tal-paġni tal-Bibbja, tistaʼ ssir tafu bħala persuna. Bħalma qal is-salmista, int tistaʼ ‘titgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej.’ (Salm 27:4; Rumani 1:20) Iktar ma titgħallem dwar Ġeħova, iktar se jsir reali għalik, u iktar se jkollok raġun tħobbu u tħossok qrib tiegħu.
21 Bil-mod il-mod se tibda tifhem għala l-Bibbja tgħallimna biex naħsbu dwar Ġeħova bħala Missierna. (Mattew 6:9) Mhux talli tana l-ħajja imma talli jrid li jkollna l-aqwa ħajja possibbli—sewwa sew bħalma kull missier li jħobb ikun jixtieq għal uliedu. (Salm 36:10 [36:9, NW]) Il-Bibbja tgħallem ukoll li l-bnedmin jistgħu jsiru ħbieb maʼ Ġeħova. (Ġakbu 2:23) Aħseb ftit—int tistaʼ ssir ħabib tal-Ħallieq taʼ l-univers!
22 Hekk kif tkompli titgħallem mill-Bibbja, għandu mnejn ikun hemm xi wħud li b’intenzjoni tajba jibdew iħeġġuk biex ma tkomplix tistudja. Forsi jinkwetaw li int se tbiddel it-twemmin tiegħek. Imma tħalli lil ħadd iwaqqfek milli jkollok l-aqwa ħbiberija li qatt jistaʼ jkollok.
23, 24. (a) Għala għandek tkompli tistaqsi mistoqsijiet dwar dak li qed titgħallem? (b) X’inhu s-suġġett li se jiġi diskuss fil-kapitlu li jmiss?
23 M’għandniex xi ngħidu, għall-ewwel se jkun hemm xi affarijiet li ma tkunx tistaʼ tifhimhom. Forsi tħoss li trid tumilja ruħek biex titlob l-għajnuna, imma żżommx lura minħabba li tħossok imbarazzat. Ġesù qal li huwa tajjeb li tkun umli, bħal tifel żgħir. (Mattew 18:2-4) U bħalma nafu, it-tfal jistaqsu ħafna mistoqsijiet. Alla jridek issir taf it-tweġibiet. Il-Bibbja tfaħħar lil uħud li kienu ħerqana biex jitgħallmu dwar Alla. Huma eżaminaw bir-reqqa l-Iskrittura biex ikunu ċerti li dak li kienu qed jitgħallmu kien il-verità.—Atti 17:11.
24 L-aħjar mod biex titgħallem dwar Ġeħova hu billi teżamina l-Bibbja. Din hi differenti minn kwalunkwe ktieb ieħor. B’liema mod? Fil-kapitlu li jmiss se nikkunsidraw dan is-suġġett.
[Nota taʼ taħt]
^ par. 15 Tistaʼ ssib iktar informazzjoni dwar it-tifsira u l-pronunzja taʼ l-isem t’Alla fl-Appendiċi f’paġni 195-7.
DAK LI TGĦALLEM IL-BIBBJA
▪ Alla jimpurtah minnek personalment.1 Pietru 5:7.
▪ L-isem persunali t’Alla hu Ġeħova.—Salm 83:19 (83:18, NW).
▪ Ġeħova jistiednek tersaq qrib lejh.—Ġakbu 4:8.
▪ Ġeħova juri mħabba, tjieba, u ħniena.—Eżodu 34:6; 1 Ġwanni 4:8, 16.
[Mistoqsijiet taʼ Studju]
[Stampa f’paġna 12]
Meta tixtieq li xi ħadd isir jafek, ma tgħidlux x’jismek? Alla jirrivelalna ismu fil-Bibbja
[Stampi f’paġna 12, 13]
Il-Bibbja tgħallimna li Ġeħova hu l-Ħallieq kollu mħabba taʼ l-univers
[Stampa f’paġna 14]
L-imħabba li għandu missier li jgħożż lil uliedu tirrifletti l-imħabba akbar li Missierna tas-sema għandu għalina