KAPITLU 9
“Morru u Agħmlu Dixxipli”
1-3. (a) Wieħed bidwi x’jagħmel meta l-ħsad hu kbir wisq biex jiġbru waħdu? (b) Liema sfida jiffaċċja Ġesù fir-rebbiegħa tas-sena 33 E.K., u kif jiffaċċjaha?
WIEĦED bidwi għandu sfida kbira quddiemu. Ftit tax-xhur qabel, hu ħarat l-għelieqi tiegħu u żera’ ż-żrieragħ. Hu għasses b’attenzjoni kbira hekk kif sponta l-ewwel qamħ u feraħ hekk kif il-ħaxix beda jikber. Issa x-xogħol iebes kollu tiegħu jiġi premjat, għax wasal il-waqt tal-ħsad. L-isfida tiegħu hija din: Il-ħsad hu kbir wisq biex jiġbru waħdu. Biex jegħleb din l-isfida, b’mod għaqli hu jiddeċiedi li jikri xi ħaddiema u jibgħathom fl-għelieqi tiegħu. Wara kollox, ftit hemm ħin biex jiġbor il-ħsad prezzjuż tiegħu.
2 Fir-rebbiegħa tas-sena 33 E.K., Ġesù rxoxtat jiffaċċja sfida Ġwanni 4:35-38) Ġesù kif jiffaċċja din l-isfida? Fuq muntanja fil-Galilija, ftit qabel ma jitla’ fis-sema, hu jagħti lid-dixxipli tiegħu inkarigu biex isibu iktar ħaddiema, billi jgħid: “Għalhekk, morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha, għammduhom . . . , u għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.”—Mattew 28:19, 20.
simili. Matul il-ministeru tiegħu fuq l-art, hu żera’ ż-żrieragħ tal-verità. Issa hemm ħsad x’jiġbor, u huwa abbundanti. Ħafna wħud li wieġbu b’mod favorevoli għandhom bżonn jinġabru bħala dixxipli. (3 Dan l-inkarigu huwa l-qofol taʼ xi jfisser li tkun segwaċi ġenwin taʼ Kristu. Għalhekk, ejja neżaminaw tliet mistoqsijiet. Ġesù għala inkarigahom biex isibu iktar ħaddiema? Kif ħarreġ lid-dixxipli tiegħu biex isibuhom? Kif aħna involuti f’dan l-inkarigu?
Għala Kien Hemm Bżonn ta’ Iktar Ħaddiema
4, 5. Ġesù għala ma kienx se jlesti x-xogħol li kien beda, u min kien se jkollu jkompli x-xogħol wara li reġa’ tela’ fis-sema?
4 Meta Ġesù beda l-ministeru tiegħu fis-sena 29 E.K., hu kien jaf li kien se jibda biċċa xogħol li ma kienx se jlestiha waħdu. Fil-ftit żmien li kien fadallu fuq l-art, kien hemm limitu għall-art li seta’ jkopri u l-għadd taʼ nies li seta’ jilħaq bil-messaġġ tas-Saltna. Veru, hu ppriedka l-iktar lil-Lhud u l-proseliti, “in-nagħaġ mitlufin taʼ dar Israel.” (Mattew 15:24) Madankollu, dawn “in-nagħaġ mitlufin” kienu mferrxin madwar Israel kollu, art li tkopri eluf taʼ kilometri kwadri. Barra minn dan, il-kumplament tad-dinja eventwalment kellu jintlaħaq bl-aħbar tajba.—Mattew 13:38; 24:14.
5 Ġesù kien jaf li kien għad irid iseħħ ħafna xogħol wara l-mewt tiegħu. Lill-11-il appostlu leali tiegħu, hu qalilhom: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Min jeżerċita l-fidi fija, dan ukoll se jagħmel l-għemejjel li nagħmel jien; u se jagħmel Ġwanni 14:12) Ladarba l-Iben kien se jerġa’ jmur fis-sema, is-segwaċi tiegħu—mhux biss l-appostli imma wkoll id-dixxipli kollha tal-futur—kien se jkollhom ikomplu fix-xogħol taʼ l-ippridkar u t-tagħlim. (Ġwanni 17:20) Ġesù bl-umiltà għaraf li l-għemejjel tagħhom kienu se jkunu “akbar” minn tiegħu. Kif? Bi tliet modi.
għemejjel akbar minn dawn, għax jien sejjer għand il-Missier.” (6, 7. (a) L-għemejjel tas-segwaċi taʼ Ġesù b’liema modi kellhom ikunu akbar minn tiegħu? (b) Kif nistgħu nuru li l-fiduċja taʼ Ġesù fis-segwaċi tiegħu kienet f’lokha?
6 L-ewwel, is-segwaċi taʼ Ġesù kellhom ikopru iktar territorju. Illum ix-xandir tagħhom laħaq truf l-art, ħafna iktar ’il bogħod mill-art fejn ippriedka Ġesù. It-tieni, kienu se jilħqu iktar nies. Il-grupp żgħir taʼ dixxipli li Ġesù ħalla warajh ma damux ma kienu jgħoddu bl-eluf. (Atti 2:41; 4:4) Issa jgħoddu bil-miljuni, u mijiet t’eluf taʼ wħud ġodda qed jitgħammdu kull sena. It-tielet, kellhom jippridkaw għal perijodu taʼ żmien itwal—sa llum il-ġurnata, kważi 2,000 sena wara li ntemm il-ministeru taʼ Ġesù li dam tliet snin u nofs.
7 Ġesù kien qed jesprimi fiduċja fis-segwaċi tiegħu meta qal li kienu se jagħmlu “għemejjel akbar minn dawn.” Hu kien qed jagħtihom f’idejhom xogħol li kien taʼ importanza kbira għalih, dak taʼ l-ippridkar u t-tagħlim taʼ “l-aħbar tajba tas-saltna t’Alla.” (Luqa 4:43) Hu kien konvint li kienu se jwettqu l-inkarigu b’lealtà. Dan xi jfisser għalina llum? Meta nwettqu l-ministeru biż-żelu u b’qalb sħiħa, aħna nuru li l-fiduċja taʼ Ġesù fis-segwaċi tiegħu kienet f’lokha. M’huwiex dan privileġġ meraviljuż?—Luqa 13:24.
Imħarrġin biex Jagħtu Xiehda
8, 9. Ġesù liema eżempju ħalla fil-ministeru, u kif nistgħu nimitaw l-eżempju tiegħu fil-ministeru tagħna?
8 Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu l-aqwa taħriġ possibbli għall-ministeru. Fuq kollox, hu ħallielhom eżempju perfett. Luqa 6:40) Fil-kapitlu taʼ qabel, aħna ddiskutejna l-attitudni tiegħu lejn il-ministeru. Għal mument ikkunsidra d-dixxipli li vvjaġġaw maʼ Ġesù fil-vjaġġi taʼ l-ippridkar tiegħu. Huma osservaw li hu ppriedka kulfejn setgħu jinstabu n-nies—ħdejn l-għadajjar u fuq l-għoljiet, fil-bliet u s-swieq, u fid-djar privati. (Mattew 5:1, 2; Luqa 5:1-3; 8:1; 19:5, 6) Huma raw li hu kien ħaddiem bieżel, kien iqum kmieni u jibqa’ jaħdem sa bil-lejl. Il-ministeru ma kienx xi passatemp biex jgħaddi ż-żmien! (Luqa 21:37, 38; Ġwanni 5:17) Bla dubju huma ħassew li hu kien motivat minn imħabba profonda għan-nies. Forsi raw f’wiċċu riflessjoni tal-mogħdrija li ħass f’qalbu. (Marku 6:34) Liema effett taħseb li kellu l-eżempju taʼ Ġesù fuq id-dixxipli tiegħu? Int kieku kif kont tiġi effettwat?
(9 Bħala segwaċi taʼ Kristu, aħna nimitaw l-eżempju tiegħu fil-ministeru tagħna. Għalhekk, nieħdu vantaġġ minn kull opportunità biex nagħtu “xiehda bir-reqqa.” (Atti 10:42) Bħal Ġesù, aħna mmorru għand in-nies fi djarhom. (Atti 5:42) Naġġustaw l-iskeda tagħna, jekk hemm bżonn, sabiex inkunu nistgħu mmorru f’ħin meta x’aktarx li jkunu d-dar. Ukoll, infittxu lin-nies u nippridkawlhom b’mod diskret f’postijiet pubbliċi—fit-toroq, fil-ġonna, fil-ħwienet, u fuq il-post tax-xogħol. Aħna nibqgħu “naħdmu iebes u nistinkaw” fil-ministeru għax nieħdu dan ix-xogħol bis-serjetà. (1 Timotju 4:10) Imħabba profonda u mill-qalb għal oħrajn tqanqalna biex nibqgħu nfittxu opportunitajiet biex nippridkaw kulfejn u kulmeta jinstabu n-nies.—1 Tessalonikin 2:8.
10-12. Liema lezzjonijiet importanti għallem Ġesù lid-dixxipli tiegħu qabel ma bagħathom jippridkaw?
10 Mod ieħor kif Ġesù ħarreġ lid-dixxipli tiegħu kien billi pprovdielhom istruzzjonijiet dettaljati dwar kif għandhom iwettqu l-ministeru. Qabel ma bagħat lit-12-il appostlu u iktar tard is-70 dixxiplu biex jippridkaw, Ġesù Mattew 10:1-15; Luqa 10:1-12) It-taħriġ kellu riżultati tajbin, għaliex Luqa 10:17 jgħid: “Is-sebgħin ġew lura ferħanin.” Ejja nikkunsidraw tnejn mil-lezzjonijiet importanti li għallem Ġesù, billi nżommu f’moħħna li kliemu għandu jiġi mifhum b’konnessjoni maʼ l-isfond taʼ drawwiet Lhud fi żminijiet Bibliċi.
kellu laqgħat magħhom, li fihom tahom istruzzjonijiet dettaljati dwar ix-xogħol taʼ l-ippridkar. (11 Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex jafdaw f’Ġeħova. Hu qalilhom: “Tiħdux flus tad-deheb jew tal-fidda jew tar-ram aħmar fil-but taʼ ħżiemkom, jew ħorġa taʼ l-ikel għall-vjaġġ, jew żewġ ilbiesi, jew sandli jew bastun; għax il-ħaddiem jistħoqqlu ħobżu.” (Mattew 10:9, 10) Kienet xi ħaġa komuni li dawk li jkunu qed jivvjaġġaw jieħdu magħhom but tal-ħżiem għall-flus, ħorġa taʼ l-ikel għall-proviżjonijiet, u sandli żejjed. * Billi istruwixxa lid-dixxipli tiegħu biex ma jinkwetawx dwar dawn l-affarijiet, Ġesù kien, f’ċertu sens, qed jgħidilhom: “Afdaw għalkollox f’Ġeħova, għax hu se jieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħkom.” Ġeħova kien se jipprovdilhom billi jqanqal lil dawk li aċċettaw l-aħbar tajba biex juru l-ospitalità, li kienet drawwa f’Israel.—Luqa 22:35.
12 Ukoll, Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex jevitaw aljenazzjonijiet Luqa 10:4) Kien Ġesù qed jgħidilhom biex ma jkunux dħulin jew biex ikunu indifferenti? Lanqas xejn. Fiż-żminijiet Bibliċi, it-tislim spiss kien jinvolvi ħafna iktar minn sempliċi tislima. Kienet id-drawwa li t-tislim kien jinkludi diversi formalitajiet u konversazzjoni twila. Wieħed studjuż tal-Bibbja qal: “It-tislim fost l-Orjentali ma kienx bħal tagħna, li nbaxxu ftit rasna, jew li nieħdu b’idejn xulxin, imma [kienu] jitgħannqu ħafna, u jbaxxu rashom, u saħansitra kienu jmilu maʼ l-art. Dan kollu kien jirrikjedi ħafna ħin.” Billi qal lid-dixxipli tiegħu biex ma jiħdux sehem fid-drawwa komuni tat-tislim, Ġesù kien, f’ċertu sens, qed jgħid: “Tridu tużaw il-ħin tagħkom b’mod għaqli, għax il-messaġġ li għandkom huwa urġenti.” *
mhux neċessarji. Hu qal: “Fit-triq tieqfu tħaddnu lil ħadd biex issellmulu.” (13. B’liema modi nistgħu nuru li nieħdu bis-serjetà l-istruzzjonijiet li Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu taʼ l-ewwel seklu?
13 Aħna nieħdu bis-serjetà l-istruzzjonijiet li Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu fl-ewwel seklu. Meta nwettqu l-ministeru tagħna, aħna npoġġu l-fiduċja tagħna kompletament f’Ġeħova. (Proverbji 3:5, 6) Aħna nafu li qatt ma se nkunu neqsin mill-bżonnijiet tal-ħajja jekk ‘nibqgħu nfittxu l-ewwel is-saltna.’ (Mattew 6:33) Xandara tas-Saltna full-time madwar id-dinja jistgħu jixhdu li saħansitra waqt żminijiet diffiċli, Ġeħova dejjem jipprovdilhom. (Salm 37:25) Aħna nagħrfu wkoll il-bżonn li nevitaw aljenazzjonijiet. Jekk ma noqogħdux attenti, din is-sistema dinjija tista’ faċilment taljenana. (Luqa 21:34-36) Madankollu, dan m’huwiex iż-żmien li niġu aljenati. Minħabba li hemm il-ħajjiet involuti, il-messaġġ tagħna huwa urġenti. (Rumani 10:13-15) Jekk inżommu sens t’urġenza ħaj f’qalbna se niġu megħjunin biex ma nħallux l-aljenazzjonijiet taʼ din id-dinja jieħdu mill-ħin u l-enerġija li jistgħu jintużaw aħjar fil-ministeru. Ftakar, iż-żmien li fadal hu qasir u l-ħsad hu kbir.—Mattew 9:37, 38.
Inkarigu li Jinvolvi Lilna
14. X’jindika li l-inkarigu mniżżel f’Mattew 28:18-20 japplika għas-segwaċi kollha taʼ Kristu? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt.)
14 Bil-kliem “Morru u agħmlu dixxipli,” Ġesù rxoxtat poġġa responsabbiltà kbira fuq is-segwaċi tiegħu. Hu kellu f’moħħu iktar milli sempliċement id-dixxipli li kienu preżenti dakinhar tar-rebbiegħa fuq il-muntanja fil-Galilija. * Ix-xogħol li hu ta jinvolvi li jintlaħqu n-“nies tal-ġnus kollha,” u jkompli “sal-konklużjoni tas-sistema.” Jidher ċar li dan l-inkarigu japplika għas-segwaċi kollha taʼ Kristu, inkluż aħna llum. Ejja nħarsu iktar fid-dettall lejn il-kliem taʼ Ġesù mniżżel f’Mattew 28:18-20.
15. Għala jkun tajjeb li nobdu l-kmand taʼ Ġesù biex nagħmlu dixxipli?
15 Qabel ma ta l-inkarigu, Ġesù qal: “Lili ngħatat kull awtorità fis-sema u fuq l-art.” (Vers 18) Huwa minnu li Ġesù għandu awtorità daqstant vasta? Iva, tabilħaqq! Hu l-arkanġlu u jikkmanda mirjadi taʼ mirjadi t’anġli. (1 Tessalonikin 4:16; Rivelazzjoni 12:7) Bħala “l-kap tal-kongregazzjoni,” hu għandu awtorità fuq is-segwaċi tiegħu fuq l-art. (Efesin 5:23) Mill-1914 ’l hawn, hu qeda bħala s-Sultan Messjaniku fis-sema. (Rivelazzjoni 11:15) L-awtorità tiegħu twassal anki sal-qabar, għaliex hu għandu l-qawwa li jirxoxta l-mejtin. (Ġwanni 5:26-28) Billi l-ewwel jiddikjara l-awtorità estensiva tiegħu, Ġesù jindika li l-kliem taʼ wara m’huwiex suġġeriment imma kmand. Nagħmlu tajjeb jekk nobdu, għaliex l-awtorità tiegħu m’hijiex ġejja minnu nnifsu imma mingħand Ġeħova.—1 Korintin 15:27.
16. Billi jgħidilna biex ‘immorru,’ Ġesù x’qed jikkmandana nagħmlu, u kif inwettqu dan l-aspett taʼ l-inkarigu?
16 Ġesù issa jenfasizza l-inkarigu li jibda b’kelma waħda: “Morru.” (Vers 19) B’hekk, hu jikkmandana biex nieħdu l-inizjattiva u nilħqu lil oħrajn bil-messaġġ tas-Saltna. Sabiex inwettqu dan l-aspett taʼ l-inkarigu, nistgħu nużaw varjetà taʼ metodi. L-ippridkar minn dar għal dar huwa mod mill-iktar effettiv kif nagħmlu kuntatt persunali man-nies. (Atti 20:20) Infittxu wkoll opportunitajiet biex nagħtu xiehda informali; aħna ħerqanin biex nibdew konversazzjoni dwar l-aħbar tajba fejn ikun xieraq fil-ħajja tagħna taʼ kuljum. Il-metodi speċifiċi tagħna taʼ l-ippridkar jistgħu jvarjaw, billi nadattawhom għall-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi lokali. Però, ħaġa waħda ma tinbidilx: Aħna ‘mmorru’ u nfittxu lil uħud li jistħoqqilhom.—Mattew 10:11.
17. Kif ‘nagħmlu dixxipli’?
17 Ġesù mbagħad jispjega l-iskop taʼ l-inkarigu, jiġifieri, biex ‘nagħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha.’ (Vers 19) Kif ‘nagħmlu dixxipli’? Bażikament, dixxiplu hu wieħed li jitgħallem, wieħed mgħallem. Madankollu, li nagħmlu dixxipli ma jfissirx li sempliċement ngħaddu l-għarfien lil oħrajn. Meta nistudjaw il-Bibbja maʼ wħud interessati, il-mira tagħna hi li ngħinuhom isiru segwaċi taʼ Kristu. Kulmeta jkun possibbli, aħna nenfasizzaw l-eżempju taʼ Ġesù sabiex l-istudenti tagħna jitgħallmu jħarsu lejh bħala l-Għalliem u l-Mudell tagħhom, billi jgħixu kif għex hu u jagħmlu x-xogħol li għamel hu.—Ġwanni 13:15.
18. Il-magħmudija għala hija l-iktar pass sinifikanti fil-ħajja taʼ dixxiplu?
Vers 19) Il-magħmudija hija l-iktar pass sinifikanti fil-ħajja taʼ dixxiplu, għaliex hija simbolu xieraq tad-dedikazzjoni tiegħu lil Alla b’qalb sħiħa. B’hekk, hija essenzjali għas-salvazzjoni. (1 Pietru 3:21) Iva, billi jkompli jagħmel l-almu tiegħu f’li jaqdi lil Ġeħova, id-dixxiplu mgħammed jista’ jħares ’il quddiem għal barkiet bla għadd fid-dinja l-ġdida li ġejja. Għent int lil xi ħadd isir dixxiplu mgħammed taʼ Kristu? Fil-ministeru Kristjan m’hemmx raġuni akbar għall-ferħ.—3 Ġwanni 4.
18 Aspett vitali taʼ l-inkarigu hu espress fil-kliem: “Għammduhom fl-isem tal-Missier u taʼ l-Iben u taʼ l-ispirtu qaddis.” (19. X’ngħallmuhom lil uħud ġodda, u t-tagħlim għala jista’ jitkompla wara l-magħmudija tagħhom?
19 Ġesù jispjega l-parti li jmiss taʼ l-inkarigu, billi jgħid: “Għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.” (Vers 20) Aħna ngħallmu lil uħud ġodda biex jagħtu kas il-kmandi taʼ Ġesù, inkluż il-kmandi li jħobbu lil Alla, iħobbu lill-proxxmu, u li jagħmlu dixxipli. (Mattew 22:37-39) Aħna b’mod progressiv ngħallmuhom biex jispjegaw veritajiet Bibliċi u jiddefendu l-fidi tagħhom li tkun qed tikber. Meta jikkwalifikaw biex jieħdu sehem fl-attività taʼ l-ippridkar pubbliku, aħna naħdmu magħhom, billi ngħallmuhom bil-kliem u bl-eżempju kif ikollna sehem sinifikanti f’dan ix-xogħol. Ma jfissirx neċessarjament li d-dixxipli ġodda m’għandhomx jibqgħu jitgħallmu wara l-magħmudija tagħhom. Uħud mgħammdin ġodda forsi jkollhom bżonn iktar istruzzjoni biex jiġu megħjunin jilħqu l-isfidi involuti f’li jsegwu lil Kristu.—Luqa 9:23, 24.
“Jien Magħkom il-Jiem Kollha”
20, 21. (a) Għala m’għandniex għalfejn nibżgħu nwettqu l-inkarigu li tana Ġesù? (b) Għala dan m’huwiex iż-żmien li nnaqqsu l-pass, u x’għandna nkunu determinati li nagħmlu?
20 L-aħħar kliem taʼ l-inkarigu taʼ Ġesù huwa taʼ serħan il-moħħ ħafna: “Ara, jien magħkom il-jiem kollha sal-konklużjoni tas-sistema.” (Mattew 28:20) Ġesù jaf li dan l-inkarigu huwa wieħed serju. Jaf ukoll li t-twettiq tiegħu xi drabi se jqanqal lil dawk li jopponu biex jirreaġixxu bl-aħrax. (Luqa 21:12) Madankollu, m’hemmx għalfejn nibżgħu. Il-Mexxej tagħna ma jistenniex li nwettqu dan l-inkarigu mingħajr għajnuna jew waħedna. M’huwiex inkuraġġanti li nkunu nafu li l-Wieħed li għandu “kull awtorità fis-sema u fuq l-art” qiegħed magħna biex jappoġġana fit-twettiq taʼ dan l-inkarigu?
21 Ġesù assigura lid-dixxipli tiegħu li hu kien se jkun magħhom fil-ministeru tagħhom matul is-sekli “sal-konklużjoni tas-sistema.” Sakemm jasal it-tmiem, aħna għandna nkomplu nwettqu l-inkarigu li tana Ġesù. Issa m’huwiex iż-żmien li nnaqqsu l-pass. Ħsad spiritwali abbundanti qed iseħħ! Uħud taʼ qalb onesta qed jinġabru f’għadd kbir. Bħala segwaċi taʼ Kristu, ejja nkunu determinati li nwettqu dan l-inkarigu serju li ġie fdat f’idejna. Ejja nkunu riżoluti li nagħtu mill-ħin, l-enerġija, u r-riżorsi tagħna biex inwettqu l-kmand taʼ Kristu: “Morru u agħmlu dixxipli.”
^ par. 11 But tal-ħżiem għandu mnejn kien tip taʼ ċinturin għall-flus użat biex jinġarru l-muniti. Ħorġa taʼ l-ikel kienet basket akbar, ġeneralment tal-ġilda, li kienet tintlibes fuq l-ispalla u kienet tintuża biex jinġarr l-ikel jew proviżjonijiet oħrajn.
^ par. 12 Il-profeta Eliżew darba ta istruzzjonijiet simili. Meta bagħat lill-qaddej tiegħu Geħażi fid-dar taʼ mara li kien mitilha binha, Eliżew qal: “Jekk tiltaqa’ maʼ xi ħadd, issellimlux.” (2 Slaten 4:29) L-inkarigu kien urġenti, u għalhekk ma kienx hemm ħin għal waqfien bla bżonn.
^ par. 14 Ladarba l-biċċa l-kbira mis-segwaċi tiegħu kienu fil-Galilija, forsi kien fl-okkażjoni deskritta f’Mattew 28:16-20 li Ġesù rxoxtat deher “lil iktar minn ħames mitt ħu.” (1 Korintin 15:6) Għalhekk, jista’ jkun li kien hemm mijiet preżenti meta Ġesù ta l-inkarigu biex jagħmlu dixxipli.