Salm 80:1-19

  • Jitlob lir-Ragħaj t’Iżrael biex il-poplu tiegħu jiġi lura

    • “Alla tagħna, aċċettana lura” (3)

    • Iżrael qisu d-dielja t’Alla (8-15)

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ġilji.” Tfakkira. Għanja t’Asaf. 80  Ismagħna Ragħaj t’Iżrael,Int li qed tiggwida lil Ġużeppi bħal merħla. Ħalli d-dawl tiegħek jiddi,Int li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fuq* il-kerubini.   Uri s-saħħa tiegħek quddiem Efrajm, Benjamin, u Manasse. Jekk jogħġbok ejja salvana.   Alla tagħna, aċċettana lura;Ħenn għalina u salvana.   Alla Ġeħova tal-armati, kemm se ddum irrabjat magħna, il-poplu tiegħek,U ma tismax it-talb tagħna?   Minflok tajtna l-ħobż, ġegħeltna nibku,Int iġġegħelna nibku ħafna.   Int tħalli lill-ġirien tagħna jiġġieldu bejniethom għall-art tagħna;L-għedewwa tagħna jibqgħu jiddieħqu bina kif iridu.   Alla tal-armati, aċċettana lura;Ħenn għalina u salvana.   Int ħriġt lill-poplu tiegħek mill-Eġittu bħallikieku qlajt dielja minn postha. Imbagħad keċċejt lill-popli mill-art tagħhom, u ħawwilt id-dielja hemm.   Int naddaft post għaliha,U din rabbiet l-għeruq u mliet l-art. 10  Hi għamlet id-dell fuq il-muntanji,U bil-friegħi tagħha għattiet is-siġar taċ-ċedri li int ħawwilt. 11  Il-friegħi tagħha waslu sal-baħar,U l-weraq ġodda sax-Xmara.* 12  Għala kissirt il-ħitan tas-sejjieħ tal-għalqa tad-dwieli,U b’hekk kull min jgħaddi jieħu mill-frott tagħha? 13  Il-ħnieżer slavaġ jeqirduha,U l-annimali slavaġ jieklu minnha. 14  Alla tal-armati, jekk jogħġbok erġaʼ ħenn għalina;Ittawwal mis-sema u ara x’inhu jiġri. Ħu ħsieb din id-dielja 15  Li idek il-leminija ħawlet,U pproteġi l-fergħa* li int saħħaħt għall-unur tiegħek. 16  Id-dielja ġiet imqaċċta u maħruqa. Il-poplu jmut bit-theddida tiegħek. 17  Jalla tgħin lir-raġel li qiegħed fuq il-lemin tiegħek,Il-bniedem li int saħħaħt għall-unur tiegħek. 18  B’hekk ma nitilqukx. Żommna ħajjin, ħalli nfaħħru lil ismek. 19  Alla Ġeħova tal-armati, aċċettana lura;Ħenn għalina u salvana.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “bejn.”
Jiġifieri l-Ewfrat.
Letteralment “it-tifel.”