Salm 79:1-13

  • Talba taʼ meta l-ġnus daħlu fl-art tal-poplu t’Alla

    • “Aħna ġejna mwaqqgħin għaċ-ċajt” (4)

    • ‘Għinna minħabba ismek’ (9)

    • “Pattihielhom għal sebaʼ darbiet lill-ġirien tagħna” (12)

Għanja t’Asaf. 79  Alla tiegħi, il-popli daħlu fl-art li int tajt bħala wirt lill-qaddejja tiegħek;Huma niġġsu t-tempju qaddis tiegħek. Lil Ġerusalemm ġabuha ħerba.   Huma qatlu lill-qaddejja tiegħek u tawhom bħala ikel lill-għasafar. Huma qatlu lil-leali tiegħek u tawhom lill-annimali slavaġ.   Huma ferrgħu d-demm tagħhom madwar Ġerusalemm bħall-ilma,U m’għad hemm ħadd li jistaʼ jidfinhom.   Aħna ġejna mwaqqgħin għaċ-ċajt mill-ġirien tagħna;Dawk taʼ madwarna jgħajruna u jiddieħqu bina.   Kemm se ddum irrabjat ħafna, Ġeħova? Għal dejjem? Se tibqaʼ r-rabja tiegħek tiżdied?   Irrabja mal-popli li ma jafukx,U mas-saltniet li ma jgħajtulekx b’ismek.   Għax huma qerdu lil Ġakobb,U l-art tiegħu għamluha ħerba.   Tħalliniex inbatu għall-iżbalji tal-antenati tagħna. Ħenn għalina malajr,Għax aħna qed inbatu ħafna.   Alla tagħna li ssalvana, għinna. Agħmel dan minħabba l-isem glorjuż tiegħek. Eħlisna u aħfrilna* d-dnubiet tagħna. Agħmel dan minħabba ismek. 10  Għala għandhom il-popli jgħidu: “Fejn hu l-Alla tagħhom?” Uri lill-popli li int ikkastigajt lil dawk li qatlu lill-qaddejja tiegħek. Agħmel dan quddiem għajnejna. 11  Jalla tismaʼ l-biki tal-priġunieri. Uża s-saħħa* kbira tiegħek biex iżżomm ħajjin* lil dawk li għandhom is-sentenza tal-mewt. 12  Ġeħova, pattihielhom għal sebaʼ darbiet lill-ġirien tagħna,Għal kemm-il darba waqqgħuk għaċ-ċajt. 13  Imbagħad aħna, il-poplu tiegħek u l-merħla li int tirgħa,Se nirringrazzjawk għal dejjem;Se nkomplu nfaħħruk minn ġenerazzjoni għal oħra.

Noti taʼ taħt

Letteralment “għattilna.”
Letteralment “l-id.”
Jew forsi “teħles.”