Salm 73:1-28
Għanja t’Asaf.
73 Alla vera qed jagħmel affarijiet tajbin għall-Iżraelin, għal dawk taʼ qalb onesta.
2 Min-naħa tiegħi, għal naqra ma ħriġtx mit-triq it-tajba;Għal naqra ma waqajtx.
3 Meta rajt lin-nies ħżiena u arroganti* jgħixu fil-paċi,Bdejt ngħir għalihom.
4 Huma jmutu mingħajr ma jbatu;Huma f’saħħithom u jieklu tajjeb.*
5 Huma ma jkollhomx inkwiet bħal nies oħra,U lanqas ibatu bħal bnedmin oħra.
6 Għalhekk, ma jiddejqux juru li huma kburin;Huma magħrufin għall-vjolenza tagħhom.*
7 Għajnejhom imqabbżin ’il barra bil-ġid* li għandhom;Huma akkwistaw iktar milli setgħu jimmaġinaw.
8 Iwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħidu affarijiet ħżiena.
B’arroganza jheddu lin-nies li se jaħqruhom.
9 Huma jiftaħru bħallikieku qegħdin fis-sema,U fuq l-art bi kburija jgħidu dak li jridu.
10 Għalhekk, in-nies t’Alla* jduru lejhomU jixorbu mill-ħafna ilmijiet tagħhom.
11 Huma jgħidu: “Alla kif se jkun jaf?
L-Iktar Għoli kif se jkun jaf x’inhu jiġri?”
12 Iva, dawn huma l-ħżiena li dejjem ikollhom ħajja faċli.
Huma jkomplu jżidu l-ġid tagħhom.
13 Żgur li għalxejn żammejt qalbi nadifaU ħsilt idejja biex nuri li jien innoċenti.
14 Kont inkwetat il-ġurnata kollha;Kull filgħodu kont niġi kkoreġut.
15 Imma kieku għedt dak li kont qed naħseb,Kont inkun qed nittradixxi l-poplu tiegħek.*
16 Meta pprovajt nifhem dan kollu,Sibtu diffiċli.
17 Imma meta dħalt fis-santwarju grandjuż tiegħek, Alla tiegħi,Fhimt x’se jkun il-futur tagħhom.
18 Int żgur li se tqegħedhom fuq art tiżloq.
Għalhekk se jaqgħu u jinqerdu.
19 Huma se jitħarbtu f’daqqa;It-tmiem tagħhom se jiġi f’daqqa u jkun tal-biżaʼ.
20 Ġeħova int se tinsiehom u twarrabhomBħal xi ħadd li jinsa dak li jkun ħolom meta jqum.
21 Jien kelli qalbi sewdaU* kont muġugħ ħafna.
22 Ma kontx qed nirraġuna u ma fhimtx sew;Għalik, jien kont qisni annimal li m’għandux sens.
23 Imma issa jien il-ħin kollu nistrieħ fuqek;Int żammejtni minn idi l-leminija.
24 Int tiggwidani bil-pariri tiegħek,U wara turini li tapprovani.
25 Min hemm iktar fis-sema li jistaʼ jgħinni?
Sakemm għandi lilek ma nixtieq xejn iktar fuq l-art.
26 Ġismi u qalbi jistgħu jiddgħajfu,Imma Alla hu l-blata li nistaʼ niddependi minnu b’qalbi kollha.
Hu s-sehem tiegħi għal dejjem.
27 Dawk li jżommu ’l bogħod minnek żgur li se jiġu fix-xejn.
Int se teqred* lil kull min mhux leali lejk.*
28 Imma ngħid għalija, li nersaq qrib tiegħek hu taʼ benefiċċju.
Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* jien lejk indur għall-protezzjoni,Biex inxandar dak kollu li int għamilt.
Noti taʼ taħt
^ Jew “li jiftaħru.”
^ Jew “Huma żaqqhom kbira.”
^ Jew “il-kburija hi l-ġiżirana tagħhom; Il-vjolenza hi l-libsa tagħhom.”
^ Letteralment “bil-ħxuna.”
^ Letteralment “il-poplu tiegħu.”
^ Letteralment “il-ġenerazzjoni tat-tfal tiegħek.”
^ Letteralment “U fil-kliewi.”
^ Letteralment “se ssikket.”
^ Jew “jaġixxi b’mod immorali billi jitilqek.”
^ Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”