Salm 49:1-20
Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
49 Isimgħu dan, popli kollha.
Oqogħdu attenti, intom kollha li tgħixu fuq l-art,*
2 Kemm intom is-sinjuri u anki intom il-foqra,Nies taʼ kull xorta.
3 Jien se nitkellem bl-għerf,U dak li nimmedita fuqu se juri li kapaċi nifhem.
4 Jien se noqgħod attent għal proverbju;Se nispjega l-ħaġa moħġaġa tiegħi waqt li ndoqq l-arpa.
5 Jien mhux se nibżaʼ fi żmien taʼ inkwiet,Meta l-ħżiena jduruni u jipprovaw iweġġgħuni.
6 Dawk li qed jafdaw fil-ħafna affarijiet li għandhomU li jiftaħru bil-ġid kbir tagħhom,
7 Ma jistgħu jeħilsu lil ħaddU lanqas jagħtu fidwa* lil Alla għalih.
8 (Il-prezz tal-fidwa għal ħajjithom* tant hu prezzjużLi qatt ma jistgħu jħallsuh.)
9 Huma ma jistgħux jifdu lil ħaddieħor biex dan ikun jistaʼ jgħix għal dejjem u ma jmurx fil-qabar.
10 Huma jindunaw li anki nies għorrief imutu;Il-boloh u n-nies bla raġuni jispiċċaw fix-xejn,U jkollhom iħallu l-ġid tagħhom għal ħaddieħor.
11 Ix-xewqa tagħhom hi li djarhom jibqgħu għal dejjem,U li t-tined tagħhom jibqgħu minn ġenerazzjoni għal oħra.
Huma semmew l-artijiet tagħhom għalihom.
12 Imma għalkemm bniedem ikun onorat, mhux se jibqaʼ ħaj;Mhuwiex aħjar minn annimal li jmut.
13 Hekk jiġrilhom il-boloh,U dawk li jagħmlu bħalhom, li jieħdu pjaċir bil-kliem vojt tagħhom. (Sela)
14 Huma jittieħdu fil-Qabar* bħal nagħaġ għall-qatla.
Il-mewt se tkun ir-ragħaj tagħhom;Il-ġusti se jmexxu fuqhom filgħodu.
Mhux se jifdal traċċi tagħhom;Minflok palazz, il-Qabar* se jkun id-dar tagħhom.
15 Imma Alla se jeħlisni* mill-Qabar,*Għax hu se jilqagħni għandu. (Sela)
16 Tibżax jekk bniedem isir sinjur,Jew jekk id-dar tiegħu ssir iktar lussuża,
17 Għax xejn mhu se jieħu miegħu meta jmut;Il-lussu li jkollu mhux se jinżel miegħu fil-qabar.
18 Matul ħajtu hu jfaħħar lilu nnifsu.*
(In-nies ifaħħruk meta jkollok suċċess.)
19 Imma fl-aħħar hu se jmut bħal missirijietu.
Huma qatt mhu se jerġgħu jaraw id-dawl.
20 Bniedem li ma jifhimx dan, għalkemm ikun onorat,Mhuwiex aħjar minn annimal li jmut.
Noti taʼ taħt
^ Jew “fis-sistema tal-affarijiet.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “ruħhom.”
^ Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “jifdi lil ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “mill-qawwa tal-Qabar,” jew “taʼ Xeol.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “lil ruħu.”