Salm 142:1-7

  • Jitlob biex jinħeles minn dawk li jippersegwitawh

    • “M’għandi mkien fejn naħrab” (4)

    • “Jien lilek biss għandi” (5)

Maskil.* Talba ta’ David meta kien fl-għar. 142  Jien ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna;Jien nitlob lil Ġeħova bil-ħniena biex jurini qalb tajba.   Jien niftaħ qalbi miegħu;Ngħidlu dak li jkun qed jinkwetani   Meta nħossni* dgħajjef. Hu jaf minn xiex inkun għaddej. L-għedewwa tiegħi ħbewli nassaFit-triq li miexi fiha.   Ħares madwari,M’hemm ħadd li jimpurtah minni.* M’għandi mkien fejn naħrab;Ħadd ma jinteressah minni.*   Ġeħova, jien lilek ngħajjat għall-għajnuna. U ngħid: “Int il-protezzjoni tiegħi. Jien lilek biss għandi* f’ħajti.”   Agħti kas meta ngħajjatlek għall-għajnuna,Għax jien qed inbati ħafna. Eħlisni minn dawk li qed jippersegwitawni,Għax huma iktar b’saħħithom minni.   Oħroġni* mill-ħabsĦalli nfaħħar lil ismek. Jalla l-ġusti jinġabru madwari,Għax int tittrattani b’qalb tajba.

Noti taʼ taħt

Letteralment “l-ispirtu tiegħi jsir.”
Letteralment “jagħrafni.”
Jew “minn ruħi.”
Letteralment “Is-sehem tiegħi.”
Jew “Oħroġ lil ruħi.”