Salm 13:1-6
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
13 Ġeħova, kemm se ddum tinsieni? Għal dejjem?
Kemm se ddum taħbi wiċċek minni?
2 Kemm se ndum* ansjużU b’qalbi sewda kuljum?
Kemm se jdum jirbaħli l-għadu tiegħi?
3 Ġeħova Alla tiegħi, ħares lejja u wiġibni.
Agħtini saħħti lura* ħalli ma mmutx.
4 B’hekk l-għadu tiegħi ma jgħidx: “Irbaħtlu!”
Tħallix lil dawk taʼ kontrija jifirħu bit-telfa tiegħi.
5 Min-naħa tiegħi se nafda fl-imħabba u l-lealtà* tiegħek;Qalbi se tifraħ meta ssalvani.
6 Jien se nkanta lilek, Ġeħova, għax int tippremjani bil-kbir.
Noti taʼ taħt
^ Jew “iddum ruħi.”
^ Letteralment “Dawwal għajnejja.”
^ Jew “fl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.