Salm 123:1-4
Għanja tat-Tlajjaʼ.
123 Jien inħares lejk.
Int qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fis-sema.
2 Bħalma l-qaddejja jħarsu lejn sidhom,Aħna nħarsu lejn Ġeħova l-Alla tagħnaSakemm iħenn għalina.
3 Ħenn għalina, Ġeħova, ħenn għalina,Għax xbajna niġu mmaqdrin.
4 Aħna* xbajna niġu mwaqqgħin għaċ-ċajt minn dawk li jaħsbu li huma xi ħaġa,U xbajna niġu mmaqdrin minn nies arroganti.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ruħna.”