Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Ktieb tal-Proverbji

Kapitli

Punti mill-Ktieb

  • 1

    • L-iskop tal-proverbji (1-7)

    • Il-perikli taʼ kumpanija ħażina (8-19)

    • L-għerf veru hu bħal persuna li tgħajjat fil-pubbliku (20-33)

  • 2

    • Il-valur tal-għerf (1-22)

      • Fittex l-għerf bħal teżori moħbijin (4)

      • Il-fatt li kapaċi taħseb se jipproteġik (11)

      • L-immoralità ġġib diżastru (16-19)

  • 3

    • Kun għaref u afda f’Ġeħova (1-12)

      • Onora lil Ġeħova bl-affarijiet prezzjużi tiegħek (9)

    • L-għerf iġib il-ferħ (13-18)

    • L-għerf iġib is-sigurtà (19-26)

    • Aġixxi kif jixraq maʼ ħaddieħor (27-35)

      • Għin lil min għandu bżonn jekk tistaʼ tagħmel dan (27)

  • 4

    • Pariri għaqlin mingħand missier (1-27)

      • Ikseb l-għerf, għax dan hu l-iktar importanti (7)

      • Tidħolx fit-triq tal-ħżiena (14, 15)

      • It-triq tal-ġusti hi bħal dawl li jkompli jiżdied (18)

      • “Ipproteġi lil qalbek” (23)

  • 5

    • Twissija dwar nisa immorali (1-14)

    • Ifraħ bil-mara tiegħek (15-23)

  • 6

    • Oqgħod attent meta twiegħed li tagħmel tajjeb għad-dejn ta’ xi ħadd (1-5)

    • “Mur għand in-nemla, ja għażżien” (6-11)

    • Raġel ħażin u li ma jiswa għal xejn (12-15)

    • Sebaʼ affarijiet li Ġeħova jobgħod (16-19)

    • Ipproteġi ruħek minn mara ħażina (20-35)

  • 7

    • Apprezza l-kmandamenti t’Alla u tgħix (1-5)

    • Żagħżugħ bla esperjenza jiġi mħajjar (6-27)

      • “Bħal barri li sejjer għall-qatla” (22)

  • 8

    • L-għerf jitkellem bħallikieku bniedem (1-36)

      • “Jien kont l-ewwel li ġejt maħluq minn Ġeħova” (22)

      • “Jien kont maġenbu bħala ħaddiem tas-sengħa” (30)

      • “Kont inħobb b’mod speċjali lill-bnedmin” (31)

  • 9

    • L-għerf veru jistieden lin-nies għandu (1-12)

      • “Permezz tal-għerf se tgħix iktar ġranet” (11)

    • Mara stupida tistieden lin-nies għandha (13-18)

      • “L-ilma misruq hu ħelu” (17)

  • IL-PROVERBJI TAʼ SALAMUN (10:1–24:34)

    • 10

      • Iben għaref iferraħ lil missieru (1)

      • Min jaħdem iebes isir sinjur (4)

      • Min jitkellem ħafna jiżbalja (19)

      • Il-barka taʼ Ġeħova tagħmel wieħed sinjur (22)

      • Min jirrispetta ħafna lil Ġeħova se jkollu ħajja twila (27)

    • 11

      • L-umli huma għorrief (2)

      • L-apostat jagħmel ħsara lil ħaddieħor (9)

      • “Meta jkun hemm ħafna li jagħtu l-pariri, ikun hemm riżultati tajbin” (14)

      • Il-persuna ġeneruża se tiġi ppremjata (25)

      • Min jafda fil-ġid tiegħu se jbati (28)

    • 12

      • Min jobgħod il-korrezzjoni ma jkunx qed jirraġuna (1)

      • “Min jitkellem bla ma jaħsibha jkun qisu qed jagħti daqqiet taʼ sikkina” (18)

      • Dawk li jinkuraġġixxu l-paċi huma ferħanin (20)

      • Ġeħova jobgħod lil min jigdeb (22)

      • L-ansjetà tagħmel lin-nies dipressi (25)

    • 13

      • Dawk li jitolbu parir huma għorrief (10)

      • Persuna li tittama għal xi ħaġa li ma tiġrix, tiddispra (12)

      • Messaġġier leali jġib il-benefiċċji (17)

      • Min jagħmilha mal-għorrief se jsir għaref (20)

      • Id-dixxiplina hi turija taʼ mħabba (24)

    • 14

      • Meta xi ħadd ikun imdejjaq, hu biss ikun jaf x’qed iħoss (10)

      • Triq li tidher tajba tistaʼ twassal għall-mewt (12)

      • Xi ħadd bla esperjenza jemmen kollox (15)

      • Xi ħadd sinjur għandu ħafna ħbieb (20)

      • Qalb kalma tgħin biex il-ġisem ikun b’saħħtu (30)

    • 15

      • Meta wieħed iwieġeb bil-ħlewwa, itaffi r-rabja (1)

      • Għajnejn Ġeħova jaraw kollox (3)

      • Alla jieħu pjaċir bit-talb tal-ġust (8)

      • Il-pjanijiet ma jirnexxux jekk in-nies ma jitkellmux bejniethom (22)

      • Aħseb qabel ma titkellem (28)

    • 16

      • Ġeħova jara x’inhuma l-intenzjonijiet (2)

      • Afda f’Ġeħova f’dak li tagħmel (3)

      • Miżien eżatt hu minn Ġeħova (11)

      • Qabel tisbita jkun hemm il-kburija (18)

      • Ix-xagħar abjad hu kuruna taʼ sbuħija (31)

    • 17

      • Tpattix it-tajjeb bil-ħażin (13)

      • Itlaq qabel ma jinqalaʼ argument (14)

      • Ħabib veru juri mħabba l-ħin kollu (17)

      • “Qalb ferħana hi bħal mediċina li tfejjaq” (22)

      • Min jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin joqgħod attent x’jgħid (27)

    • 18

      • Min jinqataʼ għalih hu egoist u ma jaġixxix bl-għerf (1)

      • Isem Ġeħova hu bħal torri b’saħħtu (10)

      • Il-ġid hu taʼ protezzjoni fl-immaġinazzjoni biss (11)

      • Xi ħadd għaref jismaʼ ż-żewġ naħat tal-istorja (17)

      • Ħabib jintrabat miegħek iktar minn ħuk (24)

    • 19

      • Xi ħadd għaqli ma jirrabjax malajr (11)

      • Mara miżżewġa li hi ġellieda qisha saqaf iqattar (13)

      • Mara għaqlija hi rigal mingħand Ġeħova (14)

      • Iddixxiplina tifel waqt li għad hemm iċ-ċans (18)

      • Min jismaʼ mill-pariri jsir għaref (20)

    • 20

      • Min jixrob ħafna nbid jaqaʼ għaċ-ċajt (1)

      • L-għażżien ma jaħratx fix-xitwa (4)

      • Il-ħsibijiet tal-bniedem huma bħal ilmijiet fondi (5)

      • Twissija dwar li wieħed jagħmel wegħda bla ma jaħsibha (25)

      • Il-glorja taż-żgħażagħ hi s-saħħa tagħhom (29)

    • 21

      • Ġeħova jidderieġi l-qalb taʼ re (1)

      • Il-ġustizzja hi aħjar mis-sagrifiċċji (3)

      • Xogħol iebes iwassal għal suċċess (5)

      • Dak li jsodd widnejh għall-batut, ħadd mhu se jwieġbu (13)

      • M’hemm ebda għerf li jistaʼ jiħodha kontra Ġeħova (30)

    • 22

      • Reputazzjoni tajba hi aħjar minn ħafna ġid (1)

      • Li tgħallem tifel minn età żgħira se jgħinu għal ħajtu kollha (6)

      • L-għażżien jibżaʼ mill-iljun li hemm barra (13)

      • Min jiġi ddixxiplinat ma jaġixxix bi bluha (15)

      • Ħaddiem tas-sengħa jaqdi lir-rejiet (29)

    • 23

      • Ikkontrolla lilek innifsek meta tiġi mistieden (2)

      • Titħabatx biex ikollok il-ġid (4)

      • Il-ġid jistaʼ jtir bħal ajkla (5)

      • Issirx bħal dawk li jixorbu ħafna (20)

      • L-alkoħol jigdem bħal serp (32)

    • 24

      • Tgħirx għal nies ħżiena (1)

      • Dar tinbena bl-għerf (3)

      • Il-ġust jistaʼ jaqaʼ, imma żgur li jqum (16)

      • Tpattix (29)

      • Min jongħos isir fqir (33, 34)

  • IL-PROVERBJI TAʼ SALAMUN LI ĠEW MIĠBURIN U KKOPJATI MIN-NIES TAR-RE ĦEŻEKIJA (25:1–29:27)

    • 25

      • Tikxifx affarijiet kunfidenzjali (9)

      • Kelma f’waqtha (11)

      • Irrispetta l-privatezza taʼ ħaddieħor (17)

      • Iġbor ġamar fuq ras l-għadu (21, 22)

      • Rapport tajjeb hu bħal ilma kiesaħ (25)

    • 26

      • Jiġi deskritt xi ħadd għażżien (13-16)

      • Tindaħalx fi ġlieda taʼ ħaddieħor (17)

      • Evita ċajt li jweġġaʼ (18, 19)

      • Fejn m’hemmx injam, in-nar jintefa (20, 21)

      • Il-kliem taʼ min jimmalafama hu bħal ikel b’togħma tajba (22)

    • 27

      • Li tiġi kkoreġut minn ħabib hu taʼ benefiċċju (5, 6)

      • Ibni, ferraħli qalbi (11)

      • Il-ħadid isinn il-ħadid (17)

      • Kun af il-merħla tiegħek (23)

      • Il-ġid ma jibqax għal dejjem (24)

    • 28

      • It-talba taʼ min ma jobdix il-liġi hi mibgħuda (9)

      • Min jammetti n-nuqqasijiet se jintwera ħniena (13)

      • Min jgħaġġel biex isir sinjur mhux se jibqaʼ innoċenti (20)

      • Aħjar tikkoreġi lil xi ħadd milli tfaħħru biex tingħoġob (23)

      • Min hu ġeneruż mhu se jonqsu xejn (27)

    • 29

      • Tifel li jitħalla jagħmel li jrid iġiegħel lil ommu tistħi (15)

      • Mingħajr il-gwida t’Alla, in-nies isiru bla kontroll (18)

      • Bniedem li jirrabja jaqlaʼ l-ġlied (22)

      • Min hu umli se jiġi gglorifikat (23)

      • Min jibżaʼ min-nies jaqaʼ f’nassa (25)

  • 30

    • IL-KLIEM T’AGUR (1-33)

      • Tħallinix inkun fqir u lanqas sinjur (8)

      • Affarijiet li ma jixbgħu qatt (15, 16)

      • Affarijiet li ma tifhimhomx (18, 19)

      • Mara li mhix leali (20)

      • Annimali li huma għorrief ħafna (24)

  • 31

    • IL-KLIEM TAR-RE LEMWEL (1-31)

      • Min jistaʼ jsib mara kapaċi? (10)

      • Taħdem iebes (17)

      • Tgħallem b’qalb tajba (26)

      • It-tfal u r-raġel tagħha jfaħħruha (28)

      • Il-ħlewwa u s-sbuħija jgħaddu malajr (30)