Numri 33:1-56

  • Il-vjaġġi t’Iżrael fix-xagħri (1-49)

  • Istruzzjonijiet biex jirbħu lil Kangħan (50-56)

33  Dawn kienu l-vjaġġi tan-nies t’Iżrael meta ħarġu mill-art tal-Eġittu skont il-gruppi* tagħhom taħt id-direzzjoni taʼ Mosè u Aron.  Mosè baqaʼ jikteb il-postijiet minn fejn telqu skont il-vjaġġi tagħhom bil-kmand taʼ Ġeħova. Dawn kienu l-vjaġġi tagħhom minn post għal ieħor:  Huma telqu minn Ramesses fil-15 tal-ewwel xahar. Eżatt l-għada tal-Qbiż, l-Iżraelin ħarġu bla biżaʼ* quddiem l-Eġizzjani kollha.  Sadanittant, l-Eġizzjani kienu qed jidfnu lill-ewwel imweldin kollha tagħhom li Ġeħova kien qatel fosthom, għax Ġeħova kien iġġudika lil allathom.  Għalhekk, l-Iżraelin telqu minn Ramesses u kkampjaw f’Sukkot.  Imbagħad telqu minn Sukkot u kkampjaw f’Etam, li qiegħda f’tarf id-deżert.  Imbagħad telqu minn Etam u daru lura lejn Piħaħirot, li qiegħda faċċata taʼ Bagħal-sefon, u kkampjaw quddiem Migdol.  Wara telqu minn Piħaħirot u għaddew minn nofs il-baħar lejn id-deżert u baqgħu mexjin vjaġġ taʼ tlett ijiem fid-deżert t’Etam u kkampjaw f’Marah.  Imbagħad telqu minn Marah u waslu Elim. Issa f’Elim kien hemm 12-il għajn tal-ilma u 70 siġra tal-palm. Għalhekk, ikkampjaw hemm. 10  Wara telqu minn Elim u kkampjaw ħdejn il-Baħar l-Aħmar. 11  Imbagħad telqu minn ħdejn il-Baħar l-Aħmar u kkampjaw fid-deżert taʼ Sin. 12  Wara telqu mid-deżert taʼ Sin u kkampjaw f’Dofka. 13  Iktar tard telqu minn Dofka u kkampjaw f’Alus. 14  Imbagħad telqu minn Alus u kkampjaw f’Refidim, fejn ma kienx hemm ilma biex jixrob il-poplu. 15  Wara telqu minn Refidim u kkampjaw fid-deżert tas-Sinaj. 16  Huma telqu mid-deżert tas-Sinaj u kkampjaw f’Kibrot-ħattawa. 17  Imbagħad telqu minn Kibrot-ħattawa u kkampjaw f’Ħaserot. 18  Wara telqu minn Ħaserot u kkampjaw f’Ritma. 19  Imbagħad telqu minn Ritma u kkampjaw f’Rimmon-pereż. 20  Wara telqu minn Rimmon-pereż u kkampjaw f’Libna. 21  Huma telqu minn Libna u kkampjaw f’Rissa. 22  Imbagħad telqu minn Rissa u kkampjaw f’Keħelata. 23  Wara telqu minn Keħelata u kkampjaw fuq il-Muntanja Sefer. 24  Imbagħad telqu minn fuq il-Muntanja Sefer u kkampjaw f’Ħarada. 25  Wara telqu minn Ħarada u kkampjaw f’Makelot. 26  Imbagħad telqu minn Makelot u kkampjaw f’Taħat. 27  Wara telqu minn Taħat u kkampjaw f’Teraħ. 28  Imbagħad telqu minn Teraħ u kkampjaw f’Mitka. 29  Iktar tard telqu minn Mitka u kkampjaw f’Ħasmona. 30  Imbagħad telqu minn Ħasmona u kkampjaw f’Moserot. 31  Wara telqu minn Moserot u kkampjaw f’Bene-ġagħkan. 32  U telqu minn Bene-ġagħkan u kkampjaw f’Ħor-ħaggidgad. 33  Imbagħad telqu minn Ħor-ħaggidgad u kkampjaw f’Ġotbata. 34  Iktar tard telqu minn Ġotbata u kkampjaw f’Għabrona. 35  Imbagħad telqu minn Għabrona u kkampjaw f’Għesjon-geber. 36  Wara telqu minn Għesjon-geber u kkampjaw fid-deżert taż-Żin, jiġifieri Kades. 37  Iktar tard telqu minn Kades u kkampjaw fuq il-Muntanja Ħor, fil-fruntiera tal-art t’Edom. 38  U Aron il-qassis telaʼ fuq il-Muntanja Ħor skont il-kmand taʼ Ġeħova u miet hemm 40 sena wara li l-Iżraelin ħarġu mill-art tal-Eġittu, fl-ewwel jum tal-ħames xahar. 39  Aron kellu 123 sena meta miet fuq il-Muntanja Ħor. 40  Issa r-re t’Għarad il-Kangħani li kien jgħix fin-Negeb, fl-art taʼ Kangħan, semaʼ li waslu l-Iżraelin. 41  Maż-żmien dawn telqu minn fuq il-Muntanja Ħor u kkampjaw f’Salmona. 42  Imbagħad telqu minn Salmona u kkampjaw f’Punon. 43  Wara telqu minn Punon u kkampjaw f’Obot. 44  Imbagħad telqu minn Obot u kkampjaw f’Ijje-għabarim, fil-fruntiera taʼ Mowab. 45  Iktar tard telqu minn Għejjim* u kkampjaw f’Dibon-gad. 46  Imbagħad telqu minn Dibon-gad u kkampjaw f’Għalmon-diblatajm. 47  Wara telqu minn Għalmon-diblatajm u kkampjaw fuq il-muntanji tal-Għabarim quddiem Nebo. 48  Fl-aħħar telqu mill-muntanji tal-Għabarim u kkampjaw fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab ħdejn il-Ġordan f’Ġeriko. 49  Huma baqgħu kkampjati tul il-Ġordan, minn Bet-ġesimot sa Abel-sittim, fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab. 50  Ġeħova kellem lil Mosè fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab ħdejn il-Ġordan f’Ġeriko u qallu: 51  “Kellem lill-Iżraelin u għidilhom, ‘Intom se taqsmu l-Ġordan biex tmorru fl-art taʼ Kangħan. 52  Keċċu minn quddiemkom lil dawk kollha li joqogħdu f’din l-art u eqirdu l-ġebel skolpit kollu tagħhom u l-istatwi tal-metall* kollha tagħhom, u kissru l-postijiet għall-qima sagri kollha tagħhom. 53  Intom tieħdu l-art f’idejkom u tgħixu fiha, għaliex jien żgur se nagħtihielkom biex tkun tagħkom. 54  Qassmu l-art bix-xorti bejn il-familji tagħkom. Lil grupp kbir għandkom iżżidulu l-wirt tiegħu, u lil grupp żgħir għandkom tnaqqsulu l-wirt tiegħu. Il-wirt taʼ kulħadd ikun skont fejn jitlaʼ bix-xorti. Intom tirċievu l-propjetà tagħkom bħala wirt skont it-tribujiet taʼ missirijietkom. 55  “‘Iżda jekk ma tkeċċux minn quddiemkom lil dawk li jgħixu fl-art, dawk li tħallu jsiru bħal tingiż f’għajnejkom u xewk f’ġenbejkom, u jaħqrukom fl-art li se tgħixu fiha. 56  U nagħmlilkom dak li kelli f’moħħi li nagħmel lilhom.’”

Noti taʼ taħt

Letteralment “skont l-armati.”
Letteralment “b’idhom merfugħa.”
Milli jidher din hi forma mqassra taʼ Ijje-għabarim.
Jew “l-istatwi minn metall imdewweb.”