Isaija 9:1-21
9 Madankollu, id-dlam ma jkunx bħal meta l-pajjiż kien taħt pressjoni, bħaż-żmien taʼ qabel meta wieħed ittratta b’disprezz l-art taʼ Żebulun u l-art taʼ Naftali+ u meta iktar tard onoraha+—it-triq ħdejn il-baħar, fir-reġjun tal-Ġordan, il-Galilija tal-ġnus.+
2 In-nies li kienu mexjin fid-dlam raw dawl kbir.+ U dawk li jgħammru fl-art taʼ dell iswed ħafna,+ idda dawl fuqhom.+
3 Int għamilt il-ġens kotran;+ ferraħtu bil-kbir.+ Huma ferħu quddiemek bħal bil-ferħ taʼ żmien il-ħsad,+ bħal dawk li jifirħu meta jaqsmu l-priża.+
4 Għax il-madmad tat-tagħbija tagħhom+ u l-ħatar taʼ fuq spallejhom, il-bastun taʼ dak li jġegħelhom jaħdmu,+ int farrakthom biċċiet bħal f’jum Midjan.+
5 Għax kull qorq taʼ min jirfes+ u jdamdam l-art u l-mantell mgħaddas fid-demm saru ikel għan-nar.+
6 Għax twildilna tifel,+ ngħatalna iben;+ u l-ħakma taʼ prinċep se tkun fuq spalltu.+ U ismu jissejjaħ Kunsillier taʼ l-Għaġeb,+ Alla Setgħan,+ Missier Etern,+ Prinċep tal-Paċi.+
7 Għall-kobor tal-ħakma tiegħu+ bħala prinċep u għall-paċi ma jkun hemm ebda tmiem,+ fuq it-tron taʼ David+ u fuq saltnatu sabiex jistabbiliha fis-sod+ u jsaħħaħha permezz tal-ġustizzja+ u s-sewwa,+ minn issa ’l quddiem u għal dejjem.* L-istess żelu taʼ Ġeħova taʼ l-armati se jagħmel dan.+
8 Kien hemm kelma li Ġeħova bagħat kontra Ġakobb, u waqgħet fuq Israel.+
9 U l-poplu se jkun jafha,+ iva, ilkoll kemm huma, Efrajm u min jgħammar fis-Samarija,+ minħabba s-suppervja tagħhom u minħabba l-qalb insolenti tagħhom billi jgħidu:+
10 “Waqaʼ l-madum,* imma se nibnu bil-ġebel minġur.+ Tqaċċtu s-siġar tal-ġummajż,+ imma minflokhom se nħawlu ċ-ċedri.”
11 U Ġeħova se jgħolli lill-avversarji taʼ Resin kontrih, u l-għedewwa taʼ dan isuqhom bin-niggieża,+
12 is-Sirja mil-lvant+ u l-Filistin minn wara,+ u se jibilgħu lil Israel b’ħalq miftuħ.+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+
13 U n-nies ma reġgħux lura lejn Dak li sawwathom,+ u ma fittxewx lil Ġeħova taʼ l-armati.+
14 U Ġeħova se jaqtaʼ minn Israel ir-ras+ u d-denb,+ ir-rimja u l-ħaxixa,* f’jum wieħed.+
15 Min hu mdaħħal fiż-żmien u rispettat ferm huwa r-ras,+ u l-profeta li jagħti istruzzjoni falza huwa d-denb.+
16 U dawk li qed imexxu lil dan il-poplu huma dawk li qed iġegħluhom jiżvijaw;+ u dawk li huma mmexxijin qed jitħawdu.+
17 Huwa għalhekk li Ġeħova mhux se jifraħ biż-żagħżugħ+ li hemm f’nofshom, u mhux se jħenn għat-tifel bla missier u għall-armla tagħhom; għax ilkoll kemm huma apostati+ u nies li jagħmlu l-ħażen u kull fomm jitkellem bla sens. Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+
18 Għax il-ħażen qabad bħal nar;+ se jiblaʼ l-għollieq u l-ħaxix ħażin.+ U se jaqbad fl-imsaġar tal-foresta,+ u se jintrefgħu ’l fuq bħad-duħħan.+
19 Bir-rabja qalila taʼ Ġeħova taʼ l-armati l-pajjiż ħa n-nar, u l-poplu se jsir bħal ikel għan-nar.+ Ħadd ma se juri mogħdrija lanqas lejn ħuh.+
20 U wieħed jaqtaʼ xi ħaġa x’jiekol fuq il-lemin u jibqaʼ bil-ġuħ; u xi ħadd jiekol fuq ix-xellug u ma jixbax.+ Kull wieħed jiekol il-laħam taʼ driegħu stess,+
21 Manasse lil Efrajm, u Efrajm lil Manasse. Flimkien ikunu kontra Ġuda.+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+
Noti taʼ taħt
^ Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.
^ Letteralment, “u s-simara.”