Isaija 6:1-13
6 Fis-sena li r-Re Użżija miet, jien rajt lil Ġeħova bilqiegħda fuq tron fl-għoli u t-tul tal-libsa li kien liebes mela t-tempju.
2 Weqfin ħdejh kien hemm is-serafini. Kull wieħed kellu sitt iġwienaħ: Bi tnejn jgħatti wiċċu, bi tnejn jgħatti saqajh, u bit-tnejn l-oħra jtir.
3 Wieħed għajjat lill-ieħor:
“Qaddis, qaddis, qaddis hu Ġeħova tal-armati.
Id-dinja kollha hi mimlija bil-glorja tiegħu.”
4 U l-koxox tal-bibien triegħdu bil-ħoss tal-għajjat,* u d-dar imtliet bid-duħħan.
5 Imbagħad jien għedt: “Ħażin għalija!
Jien daqslikieku mejjet,*Għax jien midneb u dak li ngħid mhux nadif,U qed ngħix fost nies li dak li jgħidu mhux nadif;Għax rajt lir-Re, Ġeħova tal-armati nnifsu!”
6 Imbagħad wieħed mis-serafini tar ħdejja, u f’idu kellu ġamra taqbad li kien ħa bl-għodda mill-artal.
7 Hu messli ħalqi u qalli:
“Din messitlek xofftejk.
M’għadekx iktar ħati,U d-dnub tiegħek inħafer.”
8 Imbagħad smajt leħen Ġeħova jgħid: “Lil min se nibgħat, u min se jmurilna?” U jien weġibt: “Hawn jien! Ibgħat lili.”
9 Hu wiġibni: “Mur u għid lil dan il-poplu:
‘Se tisimgħu l-messaġġ għal darba wara l-oħra,Imma mhux se tifhmuh;Se tarawh għal darba wara l-oħra,Imma mhux se tieħdu għarfien.’
10 Meta tkellem lil dan il-poplu, se jwebbsu rashom,Ma jagħtux kas dak li jisimgħu,U jagħlqu għajnejhomĦalli la jaraw u lanqas jisimgħu.
B’hekk ma jifhmux x’għandhom bżonn jagħmluU ma jdurux lura għandi biex inkun nistaʼ nfejjaqhom.”
11 Għalhekk jien staqsejtu: “Kemm se ddum din is-sitwazzjoni, Ġeħova?” Hu wiġibni:
“Sakemm il-bliet jitfarrku u ma jifdal ħadd,Id-djar ikunu vojta,U l-art tiġi ħerba u tkun abbandunata;
12 Sakemm Ġeħova jkeċċi l-bnedmin ’il bogħod,U l-pajjiż ikun fi stat gravi ħafna.
13 U se jibqaʼ għaxra fil-100 li se jinħaraq ukoll, bħal siġra kbira u siġra tal-ballut li wara li jitqaċċtu, jibqgħalhom biċċa miz-zokk fl-art; żerriegħa qaddisa* se tkun iz-zokk tiegħu.”
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “bil-leħen taʼ min kien qed isejjaħ.”
^ Letteralment “ġejt imsikket.”
^ Jew “nisel qaddis.”