Isaija 15:1-9

  • Messaġġ taʼ ġudizzju kontra Mowab (1-9)

15  Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Mowab: Ar taʼ Mowab ġiet imsikktaMinħabba li tħarbtet f’lejl. Kir taʼ Mowab ġiet imsikktaMinħabba li tħarbtet f’lejl.  2  In-nies taʼ Mowab telgħu lejn it-Tempju* u Dibon,Lejn il-postijiet għall-qima biex jibku. Huma qed jibku fuq li jibku għal Nebo u Medeba. Huma jqaxxru xagħarhom u jaqtgħu d-daqna.  3  Fit-toroq huma jilbsu l-ħwejjeġ tal-ixkora. Fuq il-bjut u fil-pjazez jibku fuq li jibku;Huma jinżlu jibku.  4  In-nies taʼ Ħesbon u Elegħale jgħajtu;Leħinhom jinstemaʼ sa Ġaħas. Hu għalhekk li l-irġiel armati taʼ Mowab jibqgħu jgħajtu. Il-poplu* qed jirtogħod.  5  Qalbi qed tgħajjat bl-uġigħ minħabba Mowab. Il-poplu tiegħu ħarab sa Sogħar u Għeglat-selisija. Huma jibku waqt li telgħin it-telgħa taʼ Luħit;Fi triqithom lejn Ħoronajm, huma jgħajtu minħabba d-diżastru.  6  Għax l-ilmijiet taʼ Nimrim nixfu;Il-ħxejjex nixfu,Il-ħaxix spiċċa u m’għad fadal xejn aħdar.  7  Hu għalhekk li qed iġorru dak li fadlilhom fl-imħażen u mill-ġid;Huma qed jaqsmu l-wied fejn jikbru s-siġar tal-luq.  8  Għax l-għajjat qed jirbombja mat-territorju taʼ Mowab. Il-biki wasal s’Eglajm;Il-biki wasal sa Bir-elim.  9  Għax l-ilmijiet taʼ Dimon imtlew bid-demm,U Alla għandu iktar affarijiet lesti kontra Dimon. Hu se jibgħat iljuni għal dawk li jaħarbu minn MowabU għal dawk li jkun fadal fil-pajjiż.

Noti taʼ taħt

Letteralment “id-Dar.”
Jew “Ruħu.”