Neħemija 12:1-47

  • Il-qassisin u l-Leviti (1-26)

  • L-inawgurazzjoni tas-sur (27-43)

  • Jappoġġaw is-servizz tat-tempju (44-47)

12  Dawn kienu l-qassisin u l-Leviti li ġew lura maʼ Żerubbabel bin Saltijel, u Ġeswa: Seraja, Ġeremija, Esdra,  Amarija, Malluk, Ħattus,  Sekanija, Reħum, Meremot,  Iddo, Ginnetoj, Abija,  Mijamin, Magħdija, Bilga,  Semajja, Ġojarib, Ġedaja,  Sallu, Għamok, Ħilkija, u Ġedaja. Dawn kienu l-kapijiet tal-qassisin u ta’ ħuthom fi żmien Ġeswa.  Il-Leviti kienu Ġeswa, Binnuwi, Kadmijel, Serebija, Ġuda, u Mattanija li kien imexxi l-kant taʼ ringrazzjament maʼ ħutu.  U ħuthom Bakbukija u Unni qagħdu faċċata tagħhom għassa mat-tempju.* 10  Ġeswa kellu lil Ġojakim, Ġojakim kellu lil Eljasib, Eljasib kellu lil Ġojada, 11  Ġojada kellu lil Ġonatan, u Ġonatan kellu lil Ġaddugħa. 12  Fi żmien Ġojakim, dawn kienu l-qassisin, il-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier: għal Seraja, Meraja; għal Ġeremija, Ħananija; 13  għal Esdra, Mesullam; għal Amarija, Ġeħoħanan; 14  għal Meliki, Ġonatan; għal Sebanija, Ġużeppi; 15  għal Ħarim, Għadna; għal Merajot, Ħelkaj; 16  għal Iddo, Żakkarija; għal Ginneton, Mesullam; 17  għal Abija, Żikri; għal Minjamin, . . . ;* għal Mogħadija, Piltaj; 18  għal Bilga, Sammugħa; għal Semajja, Ġeħonatan; 19  għal Ġojarib, Mattenaj; għal Ġedaja, Użżi; 20  għal Sallaj, Kallaj; għal Għamok, Għeber; 21  għal Ħilkija, Ħasabija; u għal Ġedaja, Netanel. 22  Il-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier tal-Leviti u l-qassisin fi żmien Eljasib, Ġojada, Ġoħanan, u Ġaddugħa ġew irreġistrati sat-tmexxija taʼ Darju l-Persjan. 23  Il-Leviti li kienu l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier ġew irreġistrati fil-ktieb tal-istorja sa żmien Ġoħanan bin Eljasib. 24  Il-kapijiet tal-Leviti kienu Ħasabija, Serebija, u Ġeswa bin Kadmijel. Ħuthom l-għassiesa qagħdu faċċata tagħhom fi gruppi biex ifaħħru u jirringrazzjaw lil Alla skont l-istruzzjonijiet taʼ David il-qaddej tal-Alla l-veru. 25  Mattanija, Bakbukija, Għobadija, Mesullam, Talmon, u Għakkub kienu joqogħdu għassa mal-imħażen viċin il-bibien tat-tempju. 26  Dawn qdew fi żmien Ġojakim bin Ġeswa bin Ġosadak u fi żmien Neħemija l-gvernatur u Esdra l-qassis li kien jikkopja l-Iskrittura.* 27  Għall-inawgurazzjoni tas-swar taʼ Ġerusalemm, huma fittxew lil-Leviti u ħaduhom Ġerusalemm mill-postijiet fejn kienu qed jgħixu biex jiċċelebraw l-inawgurazzjoni bil-ferħ, bil-kant taʼ ringrazzjament, biċ-ċimbali, bl-istrumenti tal-korda, u bl-arpi. 28  U l-kantanti ttrennjati* nġabru flimkien mid-distrett taʼ madwar il-Ġordan, minn madwar Ġerusalemm kollha, mill-irħula tan-Netofatin, 29  minn Bet-gilgal, u mill-kampanja taʼ Geba u Għażmawet, għax il-kantanti kienu bnew irħula għalihom madwar Ġerusalemm kollha. 30  Il-qassisin u l-Leviti tnaddfu b’mod ċerimonjali. Għamlu hekk ukoll lin-nies, il-bibien, u s-sur. 31  Imbagħad tellajt il-mexxejja taʼ Ġuda fuq is-sur. Ukoll, inkarigajt żewġ korijiet kbar biex jirringrazzjaw lil Alla u żewġ gruppi biex jimxu warajhom. Kor minnhom mexa fuq il-lemin fuq is-sur lejn Bieb l-Irmied. 32  Ħosajja u nofs il-mexxejja taʼ Ġuda mxew warajhom, 33  flimkien m’Għażarija, Esdra, Mesullam, 34  Ġuda, Benjamin, Semajja, u Ġeremija. 35  Magħhom kien hemm xi wħud mit-tfal tal-qassisin bit-trumbetti: Żakkarija bin Ġonatan, bin Semajja, bin Mattanija, bin Mikaja, bin Żakkur, bin Asaf, 36  u ħutu Semajja, Għażarel, Milalaj, Gilalaj, Magħaj, Netanel, Ġuda, u Ħanani, bl-istrumenti mużikali taʼ David il-qaddej tal-Alla l-veru. U Esdra li kien jikkopja l-Iskrittura* mexa quddiemhom. 37  Minn ħdejn Bieb l-Għajn baqgħu telgħin dritt lejn it-Taraġ tal-Belt taʼ David mit-telgħa tas-sur li qiegħda fuq id-Dar taʼ David u baqgħu sejrin lejn Bieb l-Ilma lejn il-Lvant. 38  Il-kor l-ieħor li jirringrazzja lil Alla mexa fuq ix-xellug,* u jien imxejt warajh flimkien maʼ nofs in-nies minn fuq is-sur, minn ħdejn it-Torri tal-Ifran lejn is-Sur il-Wiesaʼ, 39  u minn fuq Bieb Efrajm lejn Bieb il-Belt il-Qadima, Bieb il-Ħut, it-Torri taʼ Ħananel, it-Torri tal-Mija, u Bieb in-Nagħaġ. Imbagħad waqafna f’Bieb l-Għassa. 40  Wara, iż-żewġ korijiet li jirringrazzjaw lil Alla waqfu quddiem id-dar tal-Alla l-veru. Wasalna wkoll jien, nofs l-uffiċjali, 41  u l-qassisin Eljakim, Magħseja, Minjamin, Mikaja, Eljogħenaj, Żakkarija, u Ħananija bit-trumbetti, 42  u Magħseja, Semajja, Elegħażar, Użżi, Ġeħoħanan, Malkija, Għelam, u Għeżer. U l-kantanti kantaw b’leħen għoli taħt id-direzzjoni taʼ Iżraħija. 43  Dakinhar offrew ħafna sagrifiċċji u ferħu, għax l-Alla l-veru kien tahom għal xiex jifirħu bil-kbir. Anki n-nisa u t-tfal ferħu, tant li l-ferħ taʼ Ġerusalemm setaʼ jinstemaʼ mill-bogħod. 44  Dakinhar xi rġiel ġew inkarigati fuq l-imħażen għall-kontribuzzjonijiet, għall-ewwel prodott, u għall-għaxra fil-100.* Fihom kellhom jiġbru mill-għelieqi tal-bliet is-sehem mitlub bil-Liġi għall-qassisin u l-Leviti. In-nies taʼ Ġuda għamlu dan għax kienu ferħanin ħafna li l-qassisin u l-Leviti kienu qed jaqdu fit-tempju. 45  Dawn bdew jieħdu ħsieb ix-xogħol tal-Alla tagħhom u jagħmlu t-tindif ċerimonjali, bħalma kienu jagħmlu l-kantanti u l-għassiesa tal-bibien, skont l-istruzzjonijiet taʼ David u ibnu Salamun. 46  Għax żmien ilu, fi żmien David u Asaf, kien hemm dawk li jidderieġu* l-kantanti u l-għanjiet taʼ tifħir u ringrazzjament lil Alla. 47  U fi żmien Żerubbabel u Neħemija, Iżrael kollu kien jagħti s-sehem għall-kantanti u għall-għassiesa tal-bibien, skont x’kien ikollhom bżonn kuljum. Kienu jwarrbu wkoll is-sehem għal-Leviti, u l-Leviti kienu jwarrbu s-sehem għal dawk li jiġu minn Aron.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “matul is-servizz.”
Milli jidher il-kitba oriġinali Ebrajka tħalli isem barra hawn.
Jew “skriba.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “it-tfal tal-kantanti.”
Jew “skriba.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “fid-direzzjoni opposta.”
Jew “għall-għexur.”
Letteralment “il-kapijiet taʼ.”