Eżekjel 46:1-24

46  “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-bieb tal-bitħa taʼ ġewwa li jħares lejn il-lvant+ għandu jibqaʼ magħluq+ għas-sitt ġranet tax-xogħol,+ u f’jum is-Sabat jinfetaħ, u f’jum il-qamar ġdid jinfetaħ.+  U l-kap ewlieni għandu jidħol billi jgħaddi mil-loġġa tal-bieb,+ minn barra, u jieqaf ħdejn il-koxxa tal-bieb;+ u l-qassisin joffru l-offerta sħiħa tal-ħruq tiegħu u s-sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu, u hu jrid imil fuq l-għatba tal-bieb,+ u joħroġ, imma l-bieb m’għandux jingħalaq sa fil-għaxija.  U n-nies tal-pajjiż iridu jmilu fid-daħla tal-bieb fis-Sabatijiet u f’jiem il-qamar ġdid, quddiem Ġeħova.+  “‘U l-offerta sħiħa tal-ħruq li l-kap ewlieni għandu jippreżenta lil Ġeħova f’jum is-Sabat għandha tkun sitt iħrief irġiel li jkunu bla difett u muntun bla difett;+  u bħala offerta tal-qmuħ għandu joffri efa għall-muntun,+ u għall-ħrief offerta tal-qmuħ skond ma jistaʼ jagħti,+ u ħinn żejt għal kull efa.+  U f’jum il-qamar ġdid+ għandu jkun hemm barri żgħir bla difett, wild il-merħla, u sitt iħrief irġiel u muntun; dawn għandhom ikunu bla difett.+  U bħala offerta tal-qmuħ għandu joffri efa għall-barri żgħir u efa għall-muntun, u għall-ħrief skond kemm ikun jistaʼ; u ħinn żejt għal kull efa.+  “‘U meta jidħol il-kap ewlieni,+ hu għandu jidħol mil-loġġa tal-bieb, u minnha joħroġ.+  U meta n-nies tal-pajjiż jidħlu quddiem Ġeħova fl-istaġuni tal-festi,+ dak li jidħol mill-bieb tat-tramuntana+ sabiex imil għandu joħroġ mill-bieb tan-nofsinhar;+ u dak li jidħol mill-bieb tan-nofsinhar għandu joħroġ mill-bieb lejn it-tramuntana. Ħadd m’għandu jerġaʼ lura mill-bieb li jkun daħal minnu, imma għandu joħroġ billi jibqaʼ sejjer dritt. 10  U l-kap ewlieni li jkun hemm f’nofshom għandu jidħol meta jidħlu huma; u meta joħorġu, joħroġ hu.+ 11  U fil-festi+ u fl-istaġuni tal-festi, l-offerta tal-qmuħ għandha tkun efa għall-barri żgħir u efa għall-muntun, u għall-ħrief skond ma jkun jistaʼ jagħti; u ħinn żejt għal kull efa.+ 12  “‘U jekk il-kap ewlieni jipprovdi bħala offerta volontarja offerta sħiħa tal-ħruq,+ jew sagrifiċċji taʼ sħubija bħala offerta volontarja lil Ġeħova, xi ħadd irid jiftaħlu l-bieb li jħares lejn il-lvant,+ u hu jipprovdi l-offerta sħiħa tal-ħruq tiegħu u s-sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu bħalma jagħmel f’jum is-Sabat.+ U joħroġ, u jagħlqu l-bieb warajh.+ 13  “‘U kuljum trid tipprovdi ħaruf bla difett, fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta sħiħa tal-ħruq lil Ġeħova.+ Għandek tipprovdih kull fil-għodu 14  u għandek tipprovdi miegħu bħala offerta tal-qmuħ is-sitt parti t’efa, u terz taʼ ħinn żejt biex jitraxxax fuq id-dqiq fin.+ L-offerta tal-qmuħ lil Ġeħova hija statut li jdum għal żmien indefinit, il-ħin kollu. 15  U jridu jipprovdu l-ħaruf u l-offerta tal-qmuħ u ż-żejt kull fil-għodu bħala offerta sħiħa tal-ħruq offruta regolarment.’ 16  “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Jekk il-kap ewlieni jagħti rigal lil kull wieħed minn uliedu bħala wirt, dan isir il-proprjetà taʼ wliedu. Ikun il-proprjetà tagħhom b’wirt. 17  U jekk jagħti rigal minn wirtu lil xi ħadd mill-qaddejja tiegħu, dan ikun tiegħu sas-sena tal-libertà;+ u mbagħad irid jerġaʼ jmur għand il-kap ewlieni. Uliedu biss għandhom jibqgħu jżommu bħala proprjetà tagħhom il-wirt li jagħtihom. 18  U l-kap ewlieni m’għandux jieħu xi wirt minn tan-nies u jkeċċihom mill-proprjetà tagħhom.+ Mill-proprjetà tiegħu stess għandu jagħti lil uliedu bħala wirt, sabiex ħadd mill-poplu tiegħi ma jixxerred ’il bogħod mill-proprjetà tiegħu.’”+ 19  U daħħalni mid-daħla+ li kienet maġenb il-bieb għal ġol-kmamar taʼ l-ikel qaddisin, il-kmamar tal-qassisin, li kienu jħarsu lejn it-tramuntana,+ u kien hemm post hemmhekk fuq in-naħa taʼ wara lejn il-punent. 20  U qalli: “Dan hu l-post fejn il-qassisin se jgħallu l-offerta għall-ħtija+ u l-offerta għad-dnub,+ u fejn se jaħmu l-offerta tal-qmuħ,+ sabiex ma joħorġu xejn lejn il-bitħa taʼ barra u bih iqaddsu n-nies.”+ 21  U ħariġni lejn il-bitħa taʼ barra u ħadni ħdejn l-erbaʼ pilastri tal-kantuniera tal-bitħa, u kien hemm bitħa ħdejn dan il-pilastru tal-kantuniera tal-bitħa, u bitħa ħdejn dak il-pilastru tal-kantuniera tal-bitħa. 22  Ħdejn l-erbaʼ pilastri tal-kantuniera tal-bitħa kien hemm btieħi żgħar, twal erbgħin kubitu u wesgħin tletin kubitu. L-erbgħa li huma, li kellhom bini fil-kantuniera, kienu taʼ l-istess qjies. 23  U kien hemm ringiela ġebel dawramejt, dawramejt maʼ l-erbgħa li huma, u taħt ir-ringieli dawramejt kien hemm postijiet fejn isajru.+ 24  Imbagħad qalli: “Dawn huma l-kċejjen għal dawk li jgħallu, fejn il-ministri tad-Dar jgħallu s-sagrifiċċju tan-nies.”+

Noti taʼ taħt