Eżekjel 23:1-49
23 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi,+ tgħid:
2 “Bin il-bniedem, kien hemm żewġ nisa, ulied l-istess omm.+
3 U bdew jipprostitwixxu ruħhom fl-Eġittu.+ F’żgħożithom wettqu l-prostituzzjoni.+ Hemmhekk għafsulhom sidirhom,+ u hemmhekk rassewlhom ħobbhom meta kienu verġni.
4 U isimhom kien Oħola, il-kbira, u oħtha Oħoliba, u saru tiegħi+ u bdew jildu subien u bniet.+ U dwar isimhom, Oħola hi s-Samarija,+ u Oħoliba hi Ġerusalemm.+
5 “U Oħola bdiet tipprostitwixxi ruħha,+ waqt li kienet taħt l-awtorità tiegħi, u kompliet tixgħel bil-passjoni għal dawk li ħabbewha b’mod appassjonat,+ għall-Assirjani,+ li kienu fil-qrib,
6 gvernaturi mlibbsin materjal blu, u ħakkiema deputati—ilkoll żgħażagħ sbieħ, suldati tal-kavallerija rekbin iż-żwiemel.
7 U kompliet twettaq prostituzzjoni magħhom, ilkoll l-aqwa wlied taʼ l-Assirja; u tniġġset maʼ dawk kollha li xegħlet bil-passjoni għalihom, iva, maʼ l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+
8 U l-prostituzzjoni li ġabet mill-Eġittu ma telqithiex, għax huma mteddew magħha f’żgħożitha, u kienu huma li rassewlha ħobbha meta kienet verġni, u kellhom relazzjoni immorali magħha b’passjoni kbira.+
9 Għalhekk, jien tajtha f’idejn dawk li ħabbewha b’mod appassjonat,+ f’idejn ulied l-Assirja, li għalihom kienet xegħlet bil-passjoni.+
10 Dawn kixfulha l-għera tagħha.+ Ħadulha lil uliedha subien u bniet,+ u lilha qatluha bis-sejf. U kisbet isem ħażin fost in-nisa, u wettqu fuqha atti taʼ ġudizzju.
11 “Meta oħtha Oħoliba rat dan,+ hi ssodisfat ix-xewqa senswali tagħha b’mod iktar taʼ ħsara minnha, u l-prostituzzjoni tagħha kienet agħar miż-żína t’oħtha.+
12 Hi xegħlet bil-passjoni+ għal ulied l-Assirja, il-gvernaturi u l-ħakkiema deputati li kienu fil-qrib, imlibbsin bl-isbaħ mod, suldati tal-kavallerija rekbin iż-żwiemel—ilkoll żgħażagħ sbieħ.+
13 U jien rajt li, billi kienet tniġġset, it-tnejn li huma kienu fi triq waħda.+
14 U kompliet iżżid l-atti taʼ prostituzzjoni tagħha meta rat lill-irġiel fit-tinqix taʼ fuq il-ħajt,+ ix-xbihat+ tal-Kaldin minquxin u miżbugħin bl-aħmar,*+
15 imħażżmin biċ-ċinturini+ maʼ ġenbejhom, b’rashom imlibbsa turbantijiet imdendlin, u li kellhom id-dehra taʼ gwerriera, ilkoll kemm huma, u kienu jixbhu lil ulied Babilonja, imweldin fl-art tal-Kaldija.
16 U hi xegħlet bil-passjoni għalihom malli rathom b’għajnejha+ u bagħtitilhom messaġġiera fil-Kaldija.+
17 U wlied Babilonja baqgħu ġejjin għandha, lejn is-sodda taʼ l-espressjonijiet taʼ mħabba, u niġġsuha bir-relazzjonijiet immorali tagħhom;+ u hi kompliet titniġġes magħhom, u fl-aħħar ruħha warrbet minnhom diżgustata.
18 “U bdiet tipprattika l-prostituzzjoni fil-beraħ u kixfet l-għera tagħha,+ u jien* warrabt minnha diżgustat bħalma għamilt fil-każ t’oħtha.+
19 U kompliet iżżid l-atti taʼ prostituzzjoni tagħha+ sal-punt li ftakret fi żmien żgħożitha,+ meta kienet tipprostitwixxi ruħha fl-art taʼ l-Eġittu.+
20 U xegħlet bil-passjoni bħalma jagħmlu l-konkubini taʼ dawk li l-membru tal-laħam tagħhom hu bħall-membru tal-laħam tal-ħmir u li l-organu ġenitali tagħhom hu bħall-organu ġenitali taż-żwiemel.+
21 U bqajt tiftakar fil-kondotta laxka taʼ żgħożitek bit-trassis taʼ ħobbok minn żmien l-Eġittu+ ’l quddiem, minħabba sider żgħożitek.+
22 “Għaldaqstant, O Oħoliba, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, se nqajjem kontrik+ lil dawk li ħabbewk b’mod appassjonat, dawk li ruħek warrbet minnhom diżgustata, u nġibhom kontrik minn kull naħa,+
23 ulied Babilonja+ u l-Kaldin kollha,+ irġiel minn Pekod+ u Sugħa u Kugħa, ulied l-Assirja kollha magħhom, żgħażagħ sbieħ, ilkoll gvernaturi u ħakkiema deputati, gwerriera u kunsillieri magħżulin, rekbin iż-żwiemel, ilkoll kemm huma.
24 U jiġu kontrik bit-tkarwit tal-karrijiet tal-gwerra u tar-roti tagħhom,+ u b’ġemgħa taʼ popli, b’tarki kbar u tarki żgħar u elmijiet. Huma jdawruk dawramejt, u nħalli l-ġudizzju f’idejhom, u jiġġudikawk bil-ġudizzji tagħhom.+
25 U jien nesprimi l-ħeġġa tiegħi kontrik,+ u jaġixxu kontrik fil-korla.+ Jaqilgħulek imnieħrek u widnejk, u dak li jibqaʼ minnek jaqaʼ bis-sejf. Jiħdulek+ lil uliedek subien u bniet,+ u dak li jibqaʼ minnek jinbelaʼ min-nar.+
26 U jneżżgħulek ħwejġek+ u jiħdulek l-oġġetti sbieħ tiegħek.+
27 U ntemm minnek il-kondotta laxka tiegħek,+ u l-prostituzzjoni li ġibt mill-art taʼ l-Eġittu;+ u ma terfax għajnejk lejhom, u l-Eġittu ma tiftakrux iżjed.’
28 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, se nagħtik f’idejn dawk li bgħadt, f’idejn dawk li ruħek warrbet minnhom diżgustata.+
29 U jaġixxu kontrik b’mibegħda u jiħdulek frott it-taħbit kollu tiegħek u jħalluk għarwiena u mikxufa;+ u trid tinkixef l-għera taʼ l-atti żienja tiegħek u l-kondotta laxka tiegħek u l-atti taʼ prostituzzjoni tiegħek.+
30 Se jiġrilek hekk għax int mort mal-ġnus bħal prostituta,+ għax tniġġist bl-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+
31 Imxejt fl-istess triq t’oħtok;+ u se jkolli nagħtik f’idek il-kies tagħha.’+
32 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-kies t’oħtok se tixrob, kies fond u wiesaʼ.+ Se jidħqu bik u jwaqqgħuk għaċ-ċajt, għax il-kies mimli sew.+
33 B’sokor u niket timtela, bil-kies taʼ stagħġib u abbandun, il-kies t’oħtok is-Samarija.
34 U jkollok tixrob minnu u tlaqqtu,+ u tgerrem il-biċċiet tal-fuħħar, u tqattaʼ sidrek.+ “Għax jien tkellimt,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.’
35 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli nsejtni+ u tfajtni wara dahrek,+ int se titgħabba bil-kondotta laxka tiegħek u bl-atti taʼ prostituzzjoni li għamilt.’”
36 U Ġeħova kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, se tiġġudikahom+ lil Oħola u Oħoliba+ u tgħidilhom l-affarijiet mistkerrhin li għamlu?+
37 Għax għamlu adulterju+ u hemm id-dmija maʼ idejhom,+ u għamlu adulterju maʼ l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+ U, barra minn hekk, lil uliedhom li kienu wilduli għaddewhom min-nar bħala ikel+ għall-idoli.
38 U mhux hekk biss imma għamluli dan ukoll: Dakinhar ipprofanaw+ is-santwarju tiegħi,+ u s-Sabatijiet tiegħi kasbruhom.+
39 U meta kienu qatlu lil uliedhom għall-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel,+ dakinhar stess daħlu fis-santwarju tiegħi biex jipprofanawh,+ u, ara, dan għamluh f’nofs dari.+
40 U iżjed, meta bagħtu għall-irġiel biex jiġu mill-bogħod, billi bagħtu messaġġier għalihom,+ ara, dawn ġew+—l-irġiel li għalihom int kont inħsilt,+ żbajt għajnejk+ u żżejjint bl-ornamenti.+
41 U poġġejt fuq divan mill-isbaħ,+ b’mejda mifruxa quddiemu,+ u int qegħedt fuqha+ l-inċens+ u ż-żejt tiegħi.
42 U għandha kien hemm il-ħoss taʼ folla tixxala,+ u flimkien maʼ l-irġiel minn fost il-bnedmin kollha bdew jinġiebu sakranazzi+ mix-xagħri, u lin-nisa libbsulhom brazzuletti f’idejhom u kuruni sbieħ f’rashom.+
43 “Imbagħad għedt dwar dik li kienet maħluba bl-adulterju,+ ‘Imma issa hi xorta se tkompli bil-prostituzzjoni tagħha, iva, hi stess.’+
44 U kienu dejjem ġejjin għandha, bħalma jiġu għand mara prostituta; hekk ġew għand Oħola u għand Oħoliba bħala nisa taʼ kondotta laxka.+
45 Imma l-irġiel sewwa+ jiġġudikawha bil-ġudizzju tan-nisa adulteri+ u bil-ġudizzju tan-nisa li jxerrdu d-demm;+ għax adulteri huma, u hemm id-dmija maʼ idejhom.+
46 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Se titlaʼ ġemgħa kontrihom+ u jsiru oġġett tal-biżaʼ u xi ħaġa biex tinħataf bħala priża.+
47 U l-ġemgħa trid tħaġġarhom,+ u jinqerdu bis-sejf. Lil uliedhom subien u bniet joqtluhomlhom,+ u djarhom jaħarquhomlhom bin-nar.+
48 U ntemm il-kondotta laxka+ mill-pajjiż,+ u n-nisa kollha se jkollhom jieħdu tagħlima minn dan, sabiex ma jagħmlux skond il-kondotta laxka tagħkom.+
49 U jridu jġibu l-kondotta laxka tagħkom fuqkom,+ u titgħabbew bid-dnubiet li għamiltu bl-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel; u intom se jkollkom tkunu tafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova.’”+