Eżekjel 17:1-24
17 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:
2 “Bin il-bniedem, ippreżenta ħaġa moħġaġa+ u lissen qawl lil dar Israel.+
3 U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “L-ajkla l-kbira,+ bi ġwienaħ kbar,+ bi truf ġwinħajha twal, mimlija rix taʼ lwien differenti, ġiet il-Libanu+ u ħadet il-quċċata tas-siġra+ taċ-ċedru.+
4 Qaċċtet il-quċċata tar-rimjiet żgħar tagħha u ġabitha fl-art taʼ Kangħan;+ qegħditha f’belt taʼ negozjanti.
5 Iktar minn hekk, ħadet ftit żerriegħa mill-pajjiż+ u żergħetha f’għalqa lesta għaż-żrigħ. Bħal żafżafa ħdejn ilmijiet vasti,+ bħal siġra taż-żafżaf żergħetha.
6 U bdiet tinbet u bil-mod il-mod saret dielja tħaddar u baxxa,+ li l-friegħi tagħha kienu jduru lejha; u bil-mod il-mod l-għeruq tagħha niżlu taħtha. U fl-aħħar saret dielja u rmiet u ħarġet il-friegħi.+
7 “‘“U kien hemm ajkla kbira oħra,+ li kellha ġwienaħ kbar, u truf ġwinħajha kbar;+ u din id-dielja firxet għeruqha lejha bil-ġuħ.+ U l-friegħi tagħha meddithom lejha sabiex issaqqiha, lil hinn mir-roqgħa fejn kienet imħawla fil-ġnien.+
8 Kienet diġà tħawlet f’rabaʼ tajjeb,+ ħdejn ilmijiet vasti, sabiex toħroġ il-friegħi u tagħmel il-frott u ssir dielja maestuża.”’
9 “Għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Se tirnexxi din?+ Pjuttost mhux se jkun hemm xi ħadd li jqaċċtilha l-għeruq+ u jħassrilha frottha? U r-rimjiet kollha li jkunu għadhom kemm ġew imqaċċtin, ma jinxfux?+ Se tinxef. Biex tintrefaʼ minn għeruqha la se jkollha bżonn driegħ qawwi u lanqas xi kotra nies.
10 U, ara, għalkemm titħawwel mill-ġdid, se tirnexxi? Mhux se tinxef għalkollox, bħal meta jolqotha r-riħ mil-lvant?+ Fir-roqgħa fil-ġnien fejn nibtet se tinxef.”’”+
11 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:
12 “Jekk jogħġbok, għid lid-dar ribelluża,+ ‘Ma tafux xi jfissru dawn l-affarijiet?’ Għid, ‘Ara! Is-sultan taʼ Babilonja ġie Ġerusalemm u ħa lis-sultan+ u l-prinċpijiet tagħha u ġabhom għandu f’Babilonja.+
13 Iktar minn hekk, ħa wieħed min-nisel* irjali+ u għamel patt miegħu u daħħlu f’ħalfa;+ u ħa lill-irġiel importanti tal-pajjiż,+
14 sabiex is-saltna titbaxxa,+ u ma tkunx tistaʼ tintrefaʼ, u billi jħares il-patt tiegħu tibqaʼ wieqfa.+
15 Imma hu rribella+ kontrih billi bagħat il-messaġġiera tiegħu l-Eġittu, biex dan jagħtih iż-żwiemel+ u kotra nies. Se jirnexxi? Se jaħrab dak li qed jagħmel dawn l-affarijiet u kiser il-patt? Se jirnexxilu jaħrab?’+
16 “‘“Daqskemm jien ħaj,”+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, “fl-istess post tas-sultan li għamel sultan lil dak li stmerr il-ħalfa tiegħu+ u li kiser il-patt, miegħu f’nofs Babilonja jmut.+
17 U l-Fargħun, b’qawwa militari kbira u b’ġemgħa kotrana, ma jgħinux fil-gwerra+ billi jwaqqaf rampa għall-assedju u jibni ħajt taʼ l-assedju, sabiex jeqred lil ħafna nies.*+
18 Hu stmerr il-ħalfa+ billi kiser il-patt, u, ara, hu kien ħadlu b’idu+ bi ftehim u għamel dawn l-affarijiet kollha. Mhux se jaħrab.”’+
19 “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Daqskemm jien ħaj, żgur li l-ħalfa tiegħi li stmerr+ u l-patt tiegħi li kiser se nitħallas tagħhom minn fuq rasu.
20 U jien nifrex ix-xibka tiegħi fuqu, u jinqabad fix-xibka tal-kaċċa tiegħi;+ u nġibu Babilonja u jkolli xi ngħid miegħu hemmhekk dwar in-nuqqas taʼ fedeltà li wera kontrija.+
21 U dawk kollha li qed jaħarbu mill-qtajjaʼ tiegħu, bis-sejf jaqgħu, u dawk li jitħallew se jinxterdu maʼ kull riħ.+ U intom se jkollkom tkunu tafu li jien, Ġeħova, għedtu dan.”’+
22 “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Jien stess nieħu ftit mill-quċċata għolja taċ-ċedru u nħawwilha;+ mill-quċċata tal-friegħi tagħha nqaċċat waħda tarija+ u nħawwilha fl-għoli fuq muntanja għolja.+
23 Fuq il-muntanja għolja taʼ Israel inħawwilha,+ u toħroġ il-friegħi u tagħmel il-frott+ u ssir siġra taċ-ċedru maestuża.+ U taħtha jgħammru għasafar taʼ kull tip; f’dell il-weraq tagħha jgħammru.+
24 U s-siġar kollha tar-rabaʼ se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ baxxejt is-siġra għolja,+ għollejt is-siġra baxxa,+ nixxift is-siġra ħadra+ u ġegħelt lis-siġra niexfa twarrad. Jien, Ġeħova, tkellimt u wettaqt.”’”+