It-Tieni Ittra lit-Tessalonikin 3:1-18

  • Komplu itolbu (1-5)

  • Jiġu mwissija biex jgħixu bl-ordni (6-15)

  • Tislijiet (16-18)

3  Għalhekk aħwa, komplu itolbu għalina ħalli dak li jgħid Ġeħova* jibqaʼ jinfirex malajr u jiġi gglorifikat bħalma ġara fostkom.  Ukoll, itolbu li Alla jeħlisna min-nies ħżiena u li jagħmlu l-ħsara, għax mhux in-nies kollha għandhom il-fidi.  Imma l-Mulej hu leali, u se jsaħħaħkom u jipproteġikom mix-Xitan.*  Ukoll, bħala dixxipli tal-Mulej, aħna nafdawkom. Aħna nafu li qed tobdu u se tkomplu tobdu l-istruzzjonijiet li tajniekom.  Jalla l-Mulej jgħinkom tħobbu lil Alla u tibqgħu tissaportu biex tkomplu timxu wara l-Kristu.  Aħwa, issa qed nagħtukom istruzzjonijiet f’isem il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, biex twarrbu minn kull ħu li mhux jimxi bl-ordni* u mhux qed jobdu l-istruzzjoni* li intom* irċivejtu mingħandna.  Intom tafu x’għandkom tagħmlu biex timitawna, għax aħna mxejna bl-ordni fostkom  u ma kilniex l-ikel taʼ ħaddieħor b’xejn. Anzi, ħdimna iebes u tħabatna lejl u nhar ħalli ma nkunu taʼ piż finanzjarju fuq ħadd minnkom.  Mhux għax m’għandniex id-dritt li nitolbukom tagħtuna l-affarijiet, imma ridna nkunu t’eżempju għalikom biex timitawna. 10  Fil-fatt, meta konna magħkom, konna nikkmandawkom li min ma jridx jaħdem, ma jikolx. 11  Għax qed nisimgħu li xi wħud minnkom mhux qed jimxu bl-ordni, billi mhux qed jaħdmu u jindaħlu fejn ma jesagħhomx. 12  Lil nies bħal dawn nikkmandawhom u nħeġġuhom f’isem il-Mulej Ġesù Kristu biex ma jindaħlux fl-affarijiet taʼ ħaddieħor u jieklu dak li ħadmu għalih. 13  Min-naħa tagħkom, aħwa, tegħjewx tagħmlu dak li hu tajjeb. 14  Imma jekk xi ħadd ma jobdix dak li qed ngħidulkom permezz taʼ din l-ittra, immarkawh* u tibqgħux tagħmluha miegħu, ħalli jistħi. 15  Però tqisuhx bħala għadu tagħkom, imma komplu agħtuh pariri bħala ħukom. 16  Jalla l-Mulej tal-paċi jagħtikom il-paċi l-ħin kollu u b’kull mod. Jalla l-Mulej ikun magħkom kollha. 17  Jien, Pawlu, nibgħat inselli għalikom billi qed niktbilkom jien stess. Jien dejjem nikteb b’dan il-mod fl-ittri tiegħi, ħalli tkunu tafu li ktibtha jien. 18  Jalla l-Mulej tagħna Ġesù Kristu juri qalb tajba kbira magħkom kollha.

Noti taʼ taħt

Letteralment “mill-Ħażin.”
Jista’ jirreferi għal min ma jgħixx skont il-prinċipji t’Alla.
Letteralment “it-tradizzjoni.”
Jew forsi “huma.”
Jew “oqogħdu attenti minnu.”