L-Ewwel Kronaki 7:1-40

  • Id-dixxendenti taʼ Issakar (1-5), taʼ Benjamin (6-12), taʼ Naftali (13), taʼ Manasse (14-19), t’Efrajm (20-29), u t’Aser (30-40)

7  Issa Issakar kellu erbaʼ subien: Tola, Puwa, Ġasub, u Simron.  U t-tfal taʼ Tola kienu Użżi, Refaja, Ġerijel, Ġaħmaj, Ibsam, u Semwel. Dawn kienu l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier. Minn Tola ħarġu gwerriera b’saħħithom, li fi żmien David kienu 22,600.  U dawk li jiġu minn* Użżi kienu Iżraħija u t-tfal tiegħu: Mikiel, Għobadija, Ġoel, u Issija.* Il-ħamsa li huma kienu kapijiet.  Huma u dawk li jiġu minnhom kellhom ħafna nisa u tfal, b’hekk mill-familja taʼ missirijiethom kellhom 36,000 suldat fl-armata tagħhom lesti għall-gwerra.  U ħuthom mill-familji kollha taʼ Issakar kienu gwerriera b’saħħithom. B’kollox kienu 87,000, skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom.  Benjamin kellu tliet subien: Bela, Beker, u Ġedjagħel.  U Bela kellu ħames subien: Esbon, Użżi, Użżijel, Ġerimot, u Iri. Dawn kienu kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier u gwerriera b’saħħithom. Kien hemm 22,034 irreġistrati fil-linja ġenealoġika tagħhom.  U t-tfal ta’ Beker kienu Żemira, Ġogħas, Eligħeżer, Eljogħenaj, Għomri, Ġeremot, Abija, Għanatot, u Għalemet. Dawn kollha kienu t-tfal ta’ Beker.  Skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tal-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, dawk li jiġu minnhom kienu 20,200 gwerrier b’saħħtu. 10  U t-tfal ta’* Ġedjagħel kienu Bilħan u t-tfal tiegħu: Ġegħus, Benjamin, Eħud, Kengħana, Żetan, Tarsis, u Aħisaħar. 11  Dawn kollha kienu t-tfal ta’ Ġedjagħel, skont il-kapijiet taʼ missirijiethom, 17,200 gwerrier b’saħħtu lesti li jmorru għall-gwerra mal-armata. 12  Is-Suffim u l-Ħuffim kienu t-tfal ta’ Ir. Il-Ħusin kienu t-tfal ta’ Aħer. 13  It-tfal ta’ Naftali kienu Ġaħsijel, Guni, Ġeżer, u Sallum. Dawn kienu dawk li jiġu minn* Bilħa. 14  It-tfal ta’ Manasse: Asrijel mill-konkubina Sirjana tiegħu. (Hi welldet lil Makir, missier Gilegħad. 15  Makir ħa mara għal Ħuffim u għal Suffim, u oħtu kien jisimha Magħka.) It-tieni kien jismu Selofeħad, imma Selofeħad kellu bniet biss. 16  Magħka, mart Makir, kellha tifel u semmietu Peres; ħuh kien jismu Seres; u t-tfal tiegħu kienu Ulam u Rekem. 17  U t-tifel* taʼ Ulam kien Bedan. Dawn kienu t-tfal ta’ Gilegħad bin Makir u n-neputi taʼ Manasse. 18  U oħtu kienet Ħammoleket. Hi welldet lil Isħod, Abi-għeżer, u Maħla. 19  U t-tfal ta’ Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi, u Anigħam. 20  Efrajm kellu lil Sutelaħ, Sutelaħ kellu lil Bered, Bered kellu lil Taħat, Taħat kellu lil Elegħada, Elegħada kellu lil Taħat, 21  Taħat kellu lil Żabad, u Żabad kellu lil Sutelaħ. Efrajm kellu wkoll lil Għeżer u lil Elegħad. L-irġiel taʼ Gat niżlu jisirqulhom l-imrieħel u qatluhom. 22  Missierhom Efrajm għamel il-vistu għal ħafna jiem, u ħutu baqgħu jmorru jfarrġuh. 23  Wara kellu x’jaqsam maʼ martu u hi ħarġet tqila u kellha tifel. Hu semmieh Berija,* għaliex wellditu fi żmien meta kien hemm il-gwaj f’daru. 24  U t-tifla tiegħu kienet Segħera, li bniet Bet-ħoron t’Isfel u taʼ Fuq u Użżen-segħera. 25  Hu kellu lil Refaħ u lil Resef. Resef kellu lil Telaħ, Telaħ kellu lil Taħan, 26  Taħan kellu lil Lagħdan, Lagħdan kellu lil Għammiħud, Għammiħud kellu lil Elisama, 27  Elisama kellu lil Nun, u Nun kellu lil Ġożwè.* 28  Il-wirt u l-postijiet fejn għexu dawk li jiġu minn Efrajm kienu Betel u l-bliet li jiddependu minnha,* Nagħran lejn il-Lvant, Geżer u l-bliet li jiddependu minnha lejn il-Punent, u Sikem u l-bliet li jiddependu minnha sa Aja* u l-bliet li jiddependu minnha. 29  Dawk li jiġu minn Manasse kellhom Bet-segħan, Tagħnak, Megiddo, u Dor u l-bliet li jiddependu minnhom. F’dawn għexu dawk li jiġu minn Ġużeppi bin Iżrael. 30  It-tfal t’Aser kienu Imnaħ, Iswa, Iswi, Berija, u oħthom Seraħ. 31  It-tfal ta’ Berija kienu Ħeber u Malkijel, li kien missier Birżajt. 32  Ħeber kellu lil Ġaflet, Somer, Ħotam, u oħthom Sugħa. 33  It-tfal ta’ Ġaflet kienu Pasak, Bimħal, u Għaswat. Dawn kienu t-tfal ta’ Ġaflet. 34  It-tfal ta’ Semer* kienu Aħi, Roħga, Ġeħubba, u Aram. 35  It-tfal ta’ ħuh Ħelem* kienu Sofaħ, Imna, Seles, u Għamal. 36  It-tfal ta’ Sofaħ kienu Suwa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imrah, 37  Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Begħera. 38  It-tfal ta’ Ġeter kienu Ġefunne, Pispa, u Ara. 39  It-tfal ta’ Ulla kienu Araħ, Ħannijel, u Risja. 40  Dawn kollha kienu t-tfal t’Aser, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, gwerriera b’saħħithom u magħżulin, u kapijiet tal-kapijiet. Fir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom kien hemm 26,000 raġel fl-armata lesti għall-gwerra.

Noti taʼ taħt

Letteralment “it-tfal taʼ.”
Fit-test Ebrajk hemm isem nieqes.
Bl-Ebrajk din tistaʼ tfisser “iben,” “neputi,” jew “dixxendent.”
Letteralment “it-tfal taʼ.”
Letteralment “it-tfal.”
Ifisser “Bi Gwaj.”
Jew “Ġeħosugħa,” li jfisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”
Jew “taʼ madwarha.”
Jew forsi “Gaża,” imma mhux Gaża tal-Filistja.
Jissejjaħ ukoll Somer f’vers 32.
Aktarx l-istess bħal “Ħotam” f’vers 32.