Żakkarija 4:1-14
4 U l-anġlu li kien qed ikellimni ġie lura u qajjimni, bħal raġel imqajjem mill-irqad tiegħu.+
2 Imbagħad qalli: “X’qed tara?”+
Għalhekk, għedt: “Jien ħarist, u, ara, hemm gandlier, kollu kemm hu tad-deheb,+ u għandu skutella fuqu. U s-sebaʼ msiebaħ tiegħu qegħdin fuqu, iva, sebgħa;+ u l-imsiebaħ taʼ fuqu għandhom sebaʼ kanen irqaq.
3 U hemm żewġ siġriet taż-żebbuġ maġenbu,+ waħda fuq il-lemin u l-oħra fuq ix-xellug taʼ l-iskutella.”
4 Imbagħad wiġibt u għedt lill-anġlu li kien qed ikellimni: “Dawn l-affarijiet xi jfissru, sidi?”+
5 Għalhekk, l-anġlu li kien qed ikellimni wieġeb u qalli: “Tassew li ma tafx xi jfissru dawn l-affarijiet?”
Għal dan, għedt: “Le, sidi.”+
6 Għaldaqstant, hu wieġeb u qalli: “Din hija l-kelma taʼ Ġeħova lil Żerubbabel, li tgħid, ‘“Mhux b’qawwa militari,+ lanqas b’xi setgħa,+ imma bl-ispirtu tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.
7 Min int, O muntanja kbira?+ Quddiem Żerubbabel+ int se ssir wita. U hu jġib il-ġebla taʼ fuqnett,+ u se jinstemaʼ għajat+ taʼ: “Xi ġmiel! Xi ġmiel!”’”+
8 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:
9 “Idejn Żerubbabel qiegħdu l-pedament taʼ din id-dar,+ u idejh ilestuha.”+ U se jkollkom tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni għandkom.+
10 “Għax min stmerr il-jum t’affarijiet żgħar?+ Huma se jifirħu+ u jaraw iċ-ċomb tal-bennejja f’id Żerubbabel. Dawn is-sebgħa huma għajnejn Ġeħova.+ Qed jiġru maʼ l-art kollha.”+
11 U jien wiġibt u għedtlu: “Dawn iż-żewġ siġriet taż-żebbuġ fuq il-lemin u fuq ix-xellug tal-gandlier xi jfissru?”+
12 Imbagħad jien wiġibt it-tieni darba u għedtlu: “X’inhuma l-friegħi taż-żewġ siġriet taż-żebbuġ li, permezz taż-żewġ żennuniet tad-deheb, qed iferrgħu minn ġo fihom il-likwidu tad-deheb?”
13 Għalhekk, qalli: “Tassew li ma tafx xi jfissru dawn l-affarijiet?”
Għal dan, għedt: “Le, sidi.”+
14 Għaldaqstant qalli: “Dawn huma ż-żewġ midlukin+ li qegħdin bil-wieqfa maġenb il-Mulej taʼ l-art kollha.”+