Ħabakkuk 1:1-17

1  Id-dikjarazzjoni li l-profeta Ħabakkuk ra f’viżjoni:  O Ġeħova, kemm se jkolli ndum ngħajjat għall-għajnuna, u int ma tismax?+ Kemm se ndum insejjaħlek għall-għajnuna mill-vjolenza, u int ma ssalvax?+  Għaliex tħallini nara dak li hu taʼ wġigħ, u int tibqaʼ sempliċement tħares lejn l-inkwiet? U t-tħarbit u l-vjolenza għala huma quddiemi? Għala hemm it-tilwim, u għala jqum il-ġlied?+  Għalhekk, il-liġi tmewtet, u l-ġustizzja ma toħroġ qatt.+ Għax il-ħażin qed idawwar lill-ġust minn kullimkien, u b’hekk il-ġustizzja toħroġ mgħawġa.+  “Araw fost il-ġnus, u ibqgħu ħarsu, u stagħġbu u ċċassaw lejn xulxin.+ Skantaw; għax fi żmienkom hemm wieħed li se jwettaq xi ħaġa, li għalkemm jgħiduhielkom ma temmnuhiex.+  Għax, ara, jien inqajjem lill-Kaldin,+ il-ġens aħrax u vjolenti li sejjer lejn il-wesgħat taʼ l-art sabiex jieħu f’idejh postijiet mgħammrin li m’humiex tiegħu.+  Hu tat-twerwir u jqanqal il-biżaʼ. Il-ġustizzja u d-dinjità tiegħu joħorġu minnu stess.+  U ż-żwiemel tiegħu eħfef mil-leopardi u iktar feroċi mill-ilpup taʼ fil-għaxija.+ U ż-żwiemel tiegħu tal-ġiri jħabbtu saqajhom maʼ l-art, u ż-żwiemel tiegħu tal-ġiri jiġu mill-bogħod. Itiru bħall-ajkla li ttir bil-ħeffa lejn xi ħaġa biex tikolha.+  Kollu kemm hu jiġi għall-vjolenza.+ Meta l-uċuħ tagħhom ikunu qed jinġemgħu flimkien, huma jkunu bħal riħ mil-lvant,+ u hu jiġbor lill-imjassrin bħar-ramel. 10  U jwaqqaʼ għaċ-ċajt lis-slaten; u l-uffiċjali għoljin huma xi ħaġa tad-daħq għalih.+ Jidħaq ukoll b’kull post fortifikat,+ u jtellaʼ munzell trab u jaħtaf il-post taħt idejh. 11  F’dak iż-żmien se jimxi ’l quddiem bħal riħ u jibqaʼ għaddej u jsir ħati.+ Din il-qawwa tiegħu jafha lill-alla tiegħu.”+ 12  Mhux minn żmien twil ilu int, O Ġeħova?+ O Alla tiegħi, il-Qaddis tiegħi, int ma tmutx.+ O Ġeħova, int ħejjejtu għal ġudizzju; O Blata,+ int ħtartu għal ċanfira.+ 13  Għajnejk puri wisq biex tara dak li hu ħażin; u ma tistax tħares lejn l-inkwiet.+ Għalfejn tħares lejn dawk li jaġixxu bi tradiment,+ u tibqaʼ sieket meta xi ħadd mill-agħar jiblaʼ lil min hu iktar ġust minnu?+ 14  U għala tagħmel lill-bnedmin bħall-ħut tal-baħar, bħall-ħlejjaq li jitkaxkru u li fuqhom ma jaħkem ħadd?+ 15  Lil dawn kollha hu jtellagħhom b’sunnara;+ ikaxkarhom bix-xibka kbira tiegħu, u jiġborhom fix-xibka tiegħu tal-ħut.+ Għalhekk jithenna u jifraħ.+ 16  Għalhekk joffri sagrifiċċji lix-xibka kbira tiegħu u joffri d-duħħan tas-sagrifiċċji lix-xibka tiegħu tal-ħut; għax bihom sehmu huwa mħawwar sew biż-żejt, u l-ikel tiegħu bnin.+ 17  Se jibqaʼ għalhekk ibattal ix-xibka kbira tiegħu? U għandu għalfejn joqtol lill-ġnus il-ħin kollu, mingħajr ma juri ebda mogħdrija?+

Noti taʼ taħt