Ġob 17:1-16

  • Ġob ikompli jwieġeb (1-16)

    • “Dawk li jwaqqgħuni għaċ-ċajt daruni” (2)

    • “Alla ġegħelni niġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt” (6)

    • “Il-Qabar isir id-dar tiegħi” (13)

17  “M’għandix iktar saħħa u daqt immut;Hemm il-qabar qed jistennieni.  2  Dawk li jwaqqgħuni għaċ-ċajt daruni,U jkolli nara* l-imġiba ribelluża tagħhom.  3  Jekk jogħġbok Alla tiegħi, wegħedni li se tappoġġani. Inkella min iktar jistaʼ jgħinni?  4  Għax int ma ħallejthomx jifhmu. Hu għalhekk li ma tonorahomx.  5  Huma jgħidu lil sħabhom li se jaqsmu ġidhom magħhom,Waqt li t-tfal tagħhom ma jistgħux jaraw bil-ġuħ li għandhom.  6  Alla ġegħelni niġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt min-nies,U b’hekk jobżquli f’wiċċi.  7  Lanqas għadni nara sew bl-inkwiet li għandi. Idejja u saqajja saru nexfin għuda.  8  In-nies sewwa jibqgħu mbellhin u ċċassati lejja,U l-innoċenti ma jiħdux pjaċir b’xi ħadd ħażin.*  9  Xi ħadd sewwa jibqaʼ jagħmel dak li hu tajjeb,U l-innoċenti jistinka biex jagħmel dak li hu sew. 10  Imma intom tistgħu tkomplu targumentaw miegħi,Għax s’issa ħadd minnkom ma qal xi ħaġa bis-sens. 11  Ma tantx fadalli ħaj;Il-pjanijiet tiegħi tħassru u x-xewqat taʼ qalbi spiċċaw. 12  Dawn l-irġiel jibqgħu jdawru l-verità f’gideb,*U jgħidu, ‘Daqt ġej id-dawl għax bħalissa d-dlam.’ 13  Se nistenna naqr’oħra, u l-Qabar* isir id-dar tiegħi;Hemm se nipprepara post biex norqod fid-dlam. 14  Lill-ħofra* se nsejħilha, ‘Missieri!’ U lid-dud se nsejħilhom, ‘Ommi u oħti!’ 15  M’għad hemm ebda tama għalija. Min jistaʼ jgħidli li għandi tama? 16  It-tama se tinżel fil-Qabar;*U jien se ninżel fit-trab magħha.”

Noti taʼ taħt

Jew “U għajnejja jibqgħu fuq.”
Jew “apostat.”
Letteralment “Huma jbiddlu l-lejl mal-jum.”
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Lill-qabar.”
Letteralment “fl-istaneg taʼ Xeol.” Xeol hu l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.