Ġob 15:1-35

  • It-tieni darba li jitkellem Elifaż (1-35)

    • Jgħid li Ġob ma jirrispettax lil Alla (4)

    • Jgħid li Ġob hu prużuntuż (7-9)

    • “Alla lanqas biss għandu fidi fl-anġli tiegħu” (15)

    • ‘Min isofri hu ħażin’ (20-24)

15  Elifaż it-Temani wieġeb:   “Sejjer xi ħadd għaref iwieġeb bi kliem vojt? Jew se jimla lilu nnifsu bi ħsibijiet ħżiena?*   Ikun għalxejn li jikkoreġi bi kliem vojt,M’hemm ebda benefiċċju jekk jgħid kliem bla sens.   Għax int m’għadekx tirrispetta lil* Alla,U ma tħallix lil oħrajn jaħsbu dwaru.   Int titkellem hekk minħabba l-iżbalji li għamilt,*U int tagħżel kliem li jqarraq.   Int stess tikkundanna lilek innifsek, u mhux jien;Kliemek stess jagħti xhieda kontrik.   Jaqaw int l-ewwel bniedem li twieled? Jew twilidt int qabel ma kien hawn l-għoljiet?   Tismaʼ int is-sigrieti t’Alla? Mela int l-uniku bniedem għaref?   X’taf li ma nafux aħna? X’tifhem li ma nifhmux aħna? 10  Aħna għandna x-xagħar abjad u mdaħħlin fiż-żmien,Anki missierek hu ħafna iżgħar minna. 11  Mhux biżżejjed il-faraġ mingħand Alla,Jew il-kliem li ntqallek b’qalb tajba? 12  Għala tħalli l-emozzjonijiet jiġru bik,U għala tħares lejna b’rabja? 13  Int teħodha kontra Alla stess,U għalhekk li qed titkellem b’dan il-mod. 14  Jistaʼ xi ħadd ikun nadif f’għajnejn Alla? Kif jistaʼ xi ħadd li twieled minn mara jkun ġust? 15  Alla lanqas biss għandu fidi fl-anġli* tiegħu,U lanqas is-sema mhi nadifa f’għajnejh. 16  Mela kemm iktar mhux se jafda bniedem mill-agħar,Li jagħmel biss dak li hu ħażin! Bniedem li jixxennaq għall-ħażen Bħalma xi ħadd bil-għatx jixxennaq għall-ilma! 17  Ismaʼ dak li se ngħidlek. Se nirrakkontalek dak li rajt, 18  Dak li rrakkontaw u ma ħbewx l-irġiel għorrief,Affarijiet li semgħuhom minn missirijiethom. 19  L-art ingħatat lilhom biss,U ebda barrani m’għadda minn hemm. 20  Bniedem ħażin u kattiv isofri ħajtu kollha,Ikollu l-inkwiet is-snin kollha taʼ ħajtu. 21  Hu jismaʼ ħsejjes tal-biżaʼ;Fiż-żmien taʼ paċi jattakkawh il-ħallelin. 22  Ma jemminx li se jaħrab mid-dlam,Hu se jinqatel bix-xabla. 23  Hu jdur u jagħqad ifittex l-ikel* u jsaqsi: “Fejn hu?” Hu jaf sew li daqt se jmut. 24  L-uġigħ kbir u d-dwejjaq jibqgħu jwerwruh;Se jwerwruh bħal re b’saħħtu li lest biex jattakka. 25  Hu jisfida lil Alla nnifsu,U jipprova jirbaħ lil Dak li Jistaʼ Kollox; 26  B’ras iebsa, hu jiġri għal kontrih,Bit-tarka ħoxna u b’saħħitha tiegħu; 27  Hu għandu wiċċu mfaqqaʼ,U żaqqu kbira;* 28  Hu jgħix fi bliet li se jinqerdu,Fi djar li ħadd ma jrid jgħix fihom,Li se jsiru gozz ġebel. 29  Mhux se jsir sinjur, u l-ġid tiegħu ma jiżdiedx. Kulma għandu se jisparixxi minn fuq l-art. 30  Hu mhux se jaħrab mid-dlam;Se jkun bħal siġra li l-friegħi tagħha jinxfu bin-nar;*Hu se jinqatel minn Alla.* 31  Hu m’għandux iqarraq bih innifsu u jafda f’affarijiet li ma jiswew xejn,Għax mhu se jieħu xejn lura. 32  Dan se jiġrilu daqt. Hu se jkun bħal siġra li l-friegħi tagħha ma jarmu qatt. 33  Se jkun bħal dielja li twaqqaʼ l-għeneb mhux misjur,U bħal siġra taż-żebbuġ li l-fjuri tagħha jtiru bir-riħ. 34  Għax il-ħżiena* ma jirnexxux f’dak li qed jagħmlu,U n-nar se jaħraq it-tined taʼ dawk li jaċċettaw it-tixħim. 35  Huma jaħsbu affarijiet ħżienaU dejjem jagħmlu affarijiet li jweġġgħu lil oħrajn. F’qalbhom dejjem jaraw kif se jqarrqu.”

Noti taʼ taħt

Letteralment “jimla żaqqu b’riħ mil-Lvant.” Dan jirreferi għal riħ jaħraq mid-deżert.
Letteralment “tibżaʼ minn.”
Jew “L-iżbalji tiegħek jittrennjaw lil ħalqek.”
Letteralment “fil-qaddisin.”
Letteralment “il-ħobż.”
Hawnhekk il-ħxuna tirreferi għall-ġid, ħajja bla rażan, u arroganza.
Jiġifieri bla tama li jirkupra.
Jew “bin-nifs t’Alla.”
Jew “l-apostati.”