Ġeremija 38:1-28

38  U Sefatija bin Mattan u Gedalija bin Pasħur u Ġukal+ bin Selemija u Pasħur bin Malkija+ semgħu dak li Ġeremija kien qed jgħid lill-poplu kollu:+  “Hekk qal Ġeħova, ‘Min jibqaʼ jgħammar f’din il-belt se jmut bis-sejf,+ bil-ġuħ+ u bil-pesta.+ Imma min joħroġ għal għand il-Kaldin jibqaʼ jgħix u ruħu jiħodha bħala priża u jibqaʼ ħaj.’+  Hekk qal Ġeħova, ‘Din il-belt żgur tingħata f’idejn il-qawwa militari tas-sultan taʼ Babilonja, u hu jirbaħha.’”+  U l-prinċpijiet bdew jgħidu lis-sultan: “Jekk jogħġbok, ħa jingħata l-mewt dan ir-raġel,+ għax b’dan il-kliem li qed jgħid+ qed idgħajjef id il-gwerriera li għad fadal f’din il-belt u id in-nies kollha. Għax dan ir-raġel m’huwiex ifittex is-sliem taʼ dan il-poplu imma l-gwaj tagħhom.”  Għalhekk, is-Sultan Sedekija qal: “Ara! Ħuduh f’idejkom. Għax is-sultan ma jistaʼ jagħmel xejn kontrikom.”+  U ħadu lil Ġeremija u tefgħuh fil-ġiebja taʼ Malkija+ bin is-sultan, li kienet fil-Bitħa taʼ l-Għassa.+ U niżżlu lil Ġeremija bil-ħbula. Issa fil-ġiebja ma kienx hemm ilma imma ħama; u Ġeremija beda nieżel ’l isfel fil-ħama.+  U Għebed-melek l-Etjopjan,+ li kien ewnuku fid-dar tas-sultan, semaʼ li kienu tefgħu lil Ġeremija fil-ġiebja; u s-sultan kien bil-qiegħda f’Bieb Benjamin.+  Għalhekk, Għebed-melek ħareġ mid-dar tas-sultan u mar ikellem lis-sultan u qallu:  “O sidi s-sultan, dawn l-irġiel imxew ħażin b’dak kollu li għamlu lill-profeta Ġeremija, li tefgħuh fil-ġiebja, għax fejn qiegħed se jmut+ bil-ġuħ.+ Għax ma baqax iżjed ħobż fil-belt.” 10  Imbagħad is-sultan ordna lil Għebed-melek l-Etjopjan: “Ħu taħt il-kmand tiegħek tletin raġel minn hawn, u mur oħroġ lill-profeta Ġeremija mill-ġiebja qabel imut.”+ 11  Għaldaqstant, Għebed-melek ħa lill-irġiel taħt il-kmand tiegħu u mar fid-dar tas-sultan, taħt it-teżorerija,+ u minn hemmhekk ħa xi ċraret u biċċiet qodma u niżżilhom lil Ġeremija fil-ġiebja+ permezz tal-ħbula. 12  Imbagħad Għebed-melek l-Etjopjan qal lil Ġeremija: “Jekk jogħġbok, poġġi dawn iċ-ċraret u l-biċċiet qodma taħt abtek u madwar il-ħbula.” U Ġeremija hekk għamel.+ 13  Fl-aħħar ġibdu lil Ġeremija permezz tal-ħbula u ħarġuh mill-ġiebja. U Ġeremija baqaʼ jgħix fil-Bitħa taʼ l-Għassa.+ 14  U s-Sultan Sedekija bagħat għall-profeta Ġeremija u ġabu għandu+ fit-tielet daħla,+ fid-dar taʼ Ġeħova,+ u mbagħad is-sultan qal lil Ġeremija: “Se nitolbok xi ħaġa. Taħbili xejn.”+ 15  Għal dan, Ġeremija qal lil Sedekija: “Jekk ngħidlek żgur toqtolni. U jekk nagħtik parir, m’intix se tismaʼ minni.”+ 16  U s-Sultan Sedekija ħalef lil Ġeremija fejn ma jarahom ħadd, u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova, li tana din il-ħajja,+ jien ma noqtlokx, u ma nagħtikx f’idejn dawn l-irġiel li qed jipprovaw jiħdulek ħajtek.”+ 17  U Ġeremija qal lil Sedekija: “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ l-armati,+ l-Alla taʼ Israel,+ ‘Jekk toħroġ bla dewmien għal għand il-prinċpijiet tas-sultan taʼ Babilonja,+ int* tibqaʼ tgħix u din il-belt ma tinħaraqx bin-nar, u int u n-nies taʼ darek tibqgħu ħajjin.+ 18  Imma jekk ma toħroġx għal għand il-prinċpijiet tas-sultan taʼ Babilonja, din il-belt tingħata f’idejn il-Kaldin, u huma jaħarquha bin-nar,+ u int ma teħlishiex minn taħt idejhom.’”+ 19  Imbagħad is-Sultan Sedekija qal lil Ġeremija: “Qed nibżaʼ mil-Lhud li ħarbu għal mal-Kaldin,+ li ma jmorrux jagħtuni f’idejhom u dawn jittrattawni bil-kefrija.”+ 20  Imma Ġeremija qal: “Ma jagħtukx f’idejhom b’dan il-mod. Obdi, jekk jogħġbok, minn leħen Ġeħova kif qed ngħidlek, u jaħbatlek tajjeb,+ u int tibqaʼ tgħix. 21  Imma jekk ma toħroġx,+ dan urieni Ġeħova: 22  Ara! Lin-nisa kollha li jitħallew fid-dar tas-sultan taʼ Ġuda+ joħorġuhom għand il-prinċpijiet tas-sultan taʼ Babilonja+ u jgħidu,‘L-irġiel li kienu fil-paċi miegħek qarrqu bik+ u għelbuk.+‘Lilek niżżlulek sieqek fil-ħama, u huma daru għan-naħa l-oħra.’+ 23  “U lin-nisa kollha tiegħek u lil uliedek kollha joħorġuhom għand il-Kaldin, u int ma teħlishiex minn taħt idejhom,+ imma s-sultan taʼ Babilonja jaqbdek taħt idejh, u minħabba fik din il-belt tinħaraq bin-nar.”+ 24  U Sedekija qal lil Ġeremija: “Tħalli lil ħadd isir jaf b’dawn l-affarijiet, sabiex ma tmutx. 25  U jekk il-prinċpijiet+ jisimgħu li kellimtek u jiġu għandek u jgħidulek, ‘Għidilna, jekk jogħġbok, Fuqiex tkellimt mas-sultan? Taħbilna xejn, u ma noqtlukx. Fuqiex kellmek is-sultan?’ 26  int għidilhom, ‘Kont qed nitlob favur mingħand is-sultan, sabiex ma jerġax jibgħatni fid-dar taʼ Ġeħonatan+ biex immut hemmhekk.’” 27  Wara ftit taż-żmien, il-prinċpijiet kollha ġew għand Ġeremija u bdew jistaqsuh. U hu wiġibhom kif ordnalu s-sultan.+ Għalhekk, ma qalu xejn iktar quddiemu, għax ma semgħu xejn minn dak li ntqal. 28  U Ġeremija baqaʼ jgħix fil-Bitħa taʼ l-Għassa+ sa dakinhar li ntrebħet Ġerusalemm.+ U dan ġara meta ntrebħet Ġerusalemm.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ruħek.”