Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

MISTOQSIJA 14

Kif tistaʼ tieħu ħsieb l-affarijiet materjali tiegħek?

“Min iħobb id-divertiment jaqaʼ fl-għaks; min iħobb l-inbid u ż-żejt ma jiksibx rikkezzi.”

Proverbji 21:17

“Min jissellef hu l-qaddej taʼ min isellfu.”

Proverbji 22:7

“Min minnkom li jrid jibni torri ma joqgħodx l-ewwel bil-qiegħda u jikkalkula l-ispejjeż, biex jara jekk għandux biżżejjed biex ilestih? Inkella għandu mnejn iqiegħed il-pedament imma ma jkunx jistaʼ jlestih, u dawk kollha li jarawh jibdew iwaqqgħuh għaċ-ċajt u jgħidu, ‘Dan ir-raġel beda jibni imma ma kienx kapaċi jlesti.’”

Luqa 14:28-30

“Meta xebgħu, qal lid-dixxipli tiegħu: ‘Iġbru l-bċejjeċ li fadal biex ma jinħela xejn.’”

Ġwanni 6:12