Privacy Settings

To provide you with the best possible experience, we use cookies and similar technologies. Some cookies are necessary to make our website work and cannot be refused. You can accept or decline the use of additional cookies, which we use only to improve your experience. None of this data will ever be sold or used for marketing. To learn more, read the Global Policy on Use of Cookies and Similar Technologies. You can customize your settings at any time by going to Privacy Settings.

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

L-ulied kif jistgħu jitgħallmu jħobbu lil Alla?

Ġenitur jgħallem lil ibnu billi juża lezzjonijiet mill-ħolqien

Uża tagħlimiet mill-ħolqien biex tgħin lil ibnek isir jaf u jħobb lil Alla

Huwa biss billi jkollhom l-evidenza li Alla jeżisti u li jħobbhom li wliedek jistgħu jitgħallmu jħobbuh. Biex iħobbu lil Alla, huma għandhom bżonn ikunu jafuh. (1 Ġwanni 4:8) Pereżempju, għandhom bżonn ikunu jafu: Alla għala ħalaq lill-bniedem? Alla għala jippermetti t-tbatija? X’se jagħmel Alla għall-bniedem fil-futur?—Aqra Filippin 1:9.

Sabiex tgħin lil uliedek iħobbu lil Alla, għandek turihom li int stess tħobbu. Meta jaraw dan, x’aktarx li jagħmlu bħalek.—Aqra Dewteronomju 6:5-7; Proverbji 22:6.

Kif tistaʼ tilħaq qalb uliedek?

Il-Kelma t’Alla hi qawwija. (Ebrej 4:12) Għalhekk, għin lil uliedek jitgħallmu t-tagħlim bażiku tagħha. Sabiex jilħaq qalb in-nies, Ġesù staqsa mistoqsijiet, ta widen, u spjega l-Iskrittura. Sabiex tilħaq qalb uliedek, int tistaʼ timita l-mod taʼ kif Ġesù għallem.—Aqra Luqa 24:15-19, 27, 32.

Flimkien maʼ dan, rakkonti mill-Bibbja taʼ kif Alla ttratta man-nies jistgħu jgħinu lit-tfal ikunu jafu u jħobbu lil Alla. Pubblikazzjonijiet imħejjijin għal dan l-iskop huma disponibbli fuq www.jw.org/mt.—Aqra t-2 Timotju 3:16.