Idea Biex Tistudja
Kif Tuża “X’Hawn Ġdid” u “What’s New”?
Fil-parti “What’s New” fuq JW Library u “X’Hawn Ġdid” fuq jw.org tistaʼ tara l-aħħar artikli u vidjows li ħarġu. Kif tistaʼ tuża “What’s New” u “X’Hawn Ġdid” biex issib l-iżjed informazzjoni riċenti?
Fuq JW Library
L-artikli l-ġodda joħorġu fis-sezzjoni tagħhom fis-“Serje taʼ Artikli.” Meta fil-parti “What’s New” joħroġ artiklu ġdid, trid tiddawnlowdja s-serje fis-sezzjoni “Serje ta’ Artikli” li fiha jkun hemm l-artiklu. L-artiklu l-ġdid se jidher fuq nett tal-lista.
Pubblikazzjonijiet itwal, bħal rivisti, jaf iddum iktar biex taqrahom. Tistaʼ żżid il-pubblikazzjoni fil-Favorites biex issibha malajr. Meta taqraha kollha tistaʼ tneħħiha mill-Favorites.
Fuq JW.ORG
Xi affarijiet bħal aħbarijiet u avviżi jidhru biss fuq jw.org. Tinsiex tidħol fil-parti “X’Hawn Ġdid” biex tara l-aħħar artikli li ħarġu fuq il-website.