Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ktieb antik għall-ħajja tal-lum

Ktieb antik għall-ħajja tal-lum

Ħafna nies jgħidu li l-​Bibbja hija ktieb qaddis. Imma l-​Bibbja hi iktar minn ktieb qaddis li jgħidilna kif nagħtu qima lil Alla. Fiha nsibu pariri prattiċi li jgħinuna fil-​ħajja taʼ kuljum.

Pereżempju, ikkunsidra dak li jgħidu xi nies dwar kif huma stess jibbenefikaw meta jaqraw il-​Bibbja u japplikaw il-​pariri tagħha fil-​ħajja tagħhom.

“Il-​ħajja tiegħi issa ħafna aħjar, anka f’dik li hi saħħa mentali u emozzjonali. Inħossni iktar ferħana.”—Fiona.

“Peress li nistudja l-​Bibbja, issa għandi skop veru fil-​ħajja tiegħi.”—Gnitko.

“Ħajti saret ħafna aħjar. Issa naħdem inqas u għandi iktar ħin biex inkun mal-​familja tiegħi.”—Andrew.

Hemm ħafna iktar esperjenzi bħal dawn. Ħafna nies minn madwar id-​dinja sabu li l-​Bibbja fiha gwida prattika għall-​ħajja taʼ kuljum.

Ejja nikkunsidraw kif il-​Bibbja tistaʼ tgħin lin-​nies itejbu . . .

  • Is-​saħħa fiżika

  • Is-​saħħa emozzjonali

  • Il-​ħajja tal-​familja u l-​ħbiberiji

  • L-​istabbilità finanzjarja

  • L-​ispiritwalità

L-​artikli li ġejjin se juru li l-​Bibbja hi ktieb mingħand Alla li jistaʼ jgħinek b’modi prattiċi fil-​ħajja tiegħek taʼ kuljum.