Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“Xi stil ġdid taʼ tagħlim!”

“Xi stil ġdid taʼ tagħlim!”

SOO-​JEONG, guidance teacher fi skola sekondarja fil-​Korea t’Isfel, użat vidjows minn fuq il-​Websajt jw.org fil-​klassi tagħha. Hi tgħid: “Ir-​reazzjoni tal-​istudenti għall-​vidjow What’s a Real Friend? hija impressjonanti! Wara li jaraw il-​vidjow, huma jikkummentaw hekk: ‘Qatt ma ħsibt dwar il-​ħbiberija b’dan il-​mod. Xi stil ġdid taʼ tagħlim!ʼ Xi wħud qalu li kienu se jidħlu f’din il-​Websajt kull darba li jkollhom bżonn xi parir.” Soo-​jeong iżżid tgħid: “Issuġġerejt dan il-​vidjow lil ħafna oħrajn fil-​qasam tax-​xogħol tiegħi, u ferħu li issa għandhom għodda daqshekk tajba biex jużawha fil-​lezzjonijiet tagħhom.”

Vidjow ieħor li ħafna studenti fil-​Korea t’Isfel sabu t’għajnuna hu l-​vidjow Irbaħ lil bully mingħajr ma tuża l-​ponn. Għalliema li taħdem mal-​Juvenile Violence Prevention Foundation urietu lill-​istudenti tal-​klassi. “Il-​vidjow jiġbed l-​attenzjoni taʼ ħafna żgħażagħ minħabba l-​istampi sbieħ li għandu,” qalet hi. “Iktar minn hekk, il-​vidjow hu prattiku għax ma jurix biss modi kif tkampa mal-​vjolenza, imma juri wkoll kif tevitaha.” L-​organizzazzjoni staqsiet għall-​permess biex tuża l-​vidjow fil-​lekċers tagħha, li jsiru f’ħafna skejjel primarji u sekondarji. Il-​permess ingħata. Anki l-​awtoritajiet tal-​pulizija qed jużaw vidjows li jinsabu f’jw.org.

Jekk għadek ma dħaltx fil-​Websajt, għaliex ma tagħmilx dan? Hija faċli biex tużaha, u d-​dawnlowds kollha—awdjo u vidjow, kif ukoll il-​Bibbja u ħafna pubblikazzjonijiet oħra—huma b’xejn.