Meta Għandek Tibda Tgħallem lil Uliedek?
● Raġel fil-belt taʼ Summerville, South Carolina, fl-Istati Uniti tal-Amerika, kiteb li meta martu kien għad għandha biss tliet xhur tqala, hu beda jimtedd viċin tagħha kull filgħaxija u jaqra mill-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja, li hu t’għajnuna għall-istudju tal-Bibbja. “Wara li t-tifla tagħna, Bethiah, twieldet,” qal il-missier, “komplejna bl-istess rutina—storja kull lejl, sakemm qrajna l-ktieb kollu għal tliet darbiet.”
Hu kompla: “Meta Bethiah bilkemm kienet għadha taf titkellem, diġà kienet tistaʼ tagħraf ħafna mill-karattri Bibliċi u tirreċta diversi rakkonti Bibliċi diskussi f’dan il-ktieb. Hi kienet tgħallmet ukoll tgħid bl-amment xi wħud mill-istejjer tal-Bibbja.”
Il-116-il storja f’din il-pubblikazzjoni bi stampi sbieħ u b’tipa kbira jidhru fl-ordni skont iż-żmien li fih għexu ħafna mill-karattri Bibliċi, u b’hekk il-qarrej ikollu ħjiel tal-kronoloġija tal-Bibbja. Jekk tixtieq tirċievi dan il-ktieb taʼ 256 paġna, imla l-kupun t’hawn taħt u ibagħtu fl-indirizz provdut jew f’indirizz xieraq imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-ktieb muri hawnhekk.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.