Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għal Reviżjoni Bħala Familja

Għal Reviżjoni Bħala Familja

X’Hemm Differenti?

Tistaʼ ssib it-​tliet differenzi bejn stampa A u stampa B? Ikteb it-​tweġibiet tiegħek fil-​linji t’hawn taħt, u lesti l-​istampi billi tpinġihom bil-​kulur.

ĦJIEL: Aqra Eżodu 25:10-​22.

1. ․․․․․

2. ․․․․․

3. ․․․․․

4.Liema stampa hi korretta, stampa A jew stampa B?

GĦAL DISKUSSJONI:

L-​arka tal-​patt x’kienet tirrappreżenta għal Iżrael?

ĦJIEL: Aqra Eżodu 25:22; Levitiku 16:2.

X’kien iktar importanti mill-​preżenza tal-​Arka?

ĦJIEL: Aqra Ġożwè 7:1-​6, 11, 12.

Kemm hi importanti l-​ubbidjenza jekk trid togħġob lill-​ġenituri tiegħek u lil Ġeħova?

ĦJIEL: Aqra l-​1 Samwel 15:22, 23; Efesin 6:1-​3.

ATTIVITÀ BĦALA FAMILJA:

Inkariga lil kull membru tal-​familja jagħmel xi riċerka dwar fatti li għandhom x’jaqsmu mal-​arka tal-​patt. Imbagħad inġabru flimkien u għidu dak li tgħallimtu. Pereżempju, maż-​żmien, liema oġġetti kienu jinżammu fl-​Arka? Pinġuhom, u ddiskutu l-​importanza tagħhom.

ĦJIEL: Aqra Ebrej 9:⁠4.

L-​Arka kif kienet tinġarr? X’ġara meta David m’obdiex l-​istruzzjonijiet taʼ Ġeħova dwar kif tinġarr l-​Arka?

ĦJIEL: Aqra Eżodu 37:5; 1 Kronaki 13:7, 9-​14; 15:12-​15.

Ġemmaʼ u Tgħallem

Qasqasha, itwiha min-​nofs, u erfagħha

KARD TAL-​BIBBJA 3 RUT

MISTOQSIJIET

A. Kompli l-​istqarrija taʼ Rut lil Nagħomi: “Il-​poplu tiegħek ikun . . .”

B. Rut kif inhi eżempju tajjeb għal dawk li jieħdu ħsieb lill-​morda u lil dawk avanzati fl-​età?

Ċ. Imla l-​vojt. Rut iżżewġet lil ․․․․․ u saret antenata taʼ ․․․․․ u taʼ ․․․․․.

[Tabella]

4026 Q.E.K. 1 E.K. 98 E.K.

Inħalaq Adam Għexet madwar Inkiteb l-​aħħar

1200 sena qabel Ġesù ktieb tal-​Bibbja

[Mappa]

Minn Mowab marret tgħix Betlehem

MOWAB

Betlehem

RUT

DETTALJI

Armla Mowabija leali li appoġġat lil Nagħomi, il-​kunjata tagħha avanzata fl-​età. L-​imħabba leali taʼ Rut għal Nagħomi u d-​determinazzjoni tagħha biex tqim lil Ġeħova tawha s-​saħħa biex tħalli art twelidha u tmur tgħix f’Betlehem. Oħrajn qalu lil Nagħomi, “Mart ibnek . . . għalik hi aħjar minn sebaʼ subien.”—Rut 4:14, 15.

TWEĠIBIET

A. “. . . il-​poplu tiegħi, u Alla tiegħek, Alla tiegħi.”—Rut 1:16.

B. Rut uriet spirtu taʼ sagrifiċċju persunali u kienet bieżla.—Rut 2:7, 10-​12, 17; 3:11.

Ċ. Bogħaż, is-​Sultan David, Ġesù Kristu.—Mattew 1:5, 6, 16.

KARD TAL-​BIBBJA 4 ESTER

MISTOQSIJIET

A. Ester ħadet post liema reġina?

B. Kompli l-​istqarrija tal-​Bibbja: “Ester baqgħet . . .”

Ċ. Imla l-​vojt. L-​isem Ebrew taʼ Ester kien ․․․․․, u l-​kuġin tagħha akbar minnha, ․․․․․, ħa ħsiebha.

[Tabella]

4026 Q.E.K. 1 E.K. 98 E.K.

Inħalaq Adam Għexet madwar Inkiteb l-​aħħar

400 sena Q.E.K. ktieb tal-​Bibbja

[Mappa]

Ester kienet tgħix f’Susan, belt tal-​Imperu Medo-​Persjan

MEDJA

Susan

PERSJA

ESTER

DETTALJI

Orfni li saret reġina tas-​sultan Persjan Aħasweru. Ester irriskjat ħajjitha biex tirrapporta konfoffa mfassla sabiex il-​Lhud jiġu meqrudin. (Ester 4:11, 15, 16) Il-​kuraġġ, it-​tattika, u l-​attitudni sottomessa tagħha kienu iktar importanti mis-​sbuħija fiżika tagħha.—Ester 2:7; 1 Pietru 3:1-​5.

TWEĠIBIET

A. Vasti.—Ester 1:12; 2:16, 17.

B. “. . . tingħoġob minn kulmin kien jaraha.”—Ester 2:15.

Ċ. Ħadassa (li jfisser Riħana), Mordekaj—Ester 2:7.

● It-​tweġibiet “GĦAL REVIŻJONI BĦALA FAMILJA” jinsabu f’paġna 7

TWEĠIBIET GĦAL PAĠNA 15

1. M’hemmx il-​lasti u l-​ħoloq.

2. Il-​ġwienaħ tal-​kerubini għandhom ikunu mifruxin fuq l-​għatu.

3. L-​uċuħ tal-​kerubini għandhom iħarsu lejn l-​għatu.

4. B.