Mhumiex Żgħar Wisq
● Omm minn Kalifornja, l-Istati Uniti tal-Amerika, hekk kitbet rigward is-suġġett diskuss fil-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Hi spjegat: “Il-ġimgħa l-oħra stess meta ħadna lit-tifel tagħna, Javan, li għandu tliet snin, għand il-pedjatra tiegħu, hi staqsiet lili u lil żewġi jekk konniex iddiskutejna maʼ Javan rigward il-partijiet privati tal-ġisem. Ħadt pjaċir ngħidilha rigward il-ktieb Għalliem, li jispjega li jkun ħażin li xi ħadd imiss il-partijiet privati taʼ dak li jkun. It-tabiba baqgħet impressjonata ħafna li aħna konna ddiskutejna dan miegħu.”
L-omm kompliet tgħid: “Il-mod kif huma diskussi dawn l-affarijiet f’dan il-ktieb hu perfett.” Il-kapitlu li kienet qed tirreferi għalih għandu t-titlu “Kif Ġesù Ġie Protett.” Fih jiddeskrivi kif il-Missier tas-sema taʼ Ġesù pproteġa lil Ibnu milli jiġi mweġġaʼ mis-sultan mill-agħar Erodi meta Ġesù kien għadu żgħir wisq biex jipproteġi lilu nnifsu. (Mattew 2:7-23) Imbagħad il-ktieb juri kif saħansitra tfal żgħar jistgħu jitgħallmu jipproteġu ruħhom jekk xi ħadd jipprova jimmolestahom.
Int tistaʼ titlob kopja taʼ dan il-ktieb bi stampi sbieħ li fih 256 paġna u li l-paġni tiegħu huma daqs il-paġni taʼ din ir-rivista. Sempliċement imla l-kupun t’hawn taħt u ibagħtu fl-indirizz provdut jew f’indirizz xieraq imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-ktieb muri hawnhekk.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.