GĦIX BĦALA KRISTJAN
“Onora lil missierek u lil ommok”
Meta Ġesù kien fuq l-art, hu enfasizza l-kmand: “Onora lil missierek u lil ommok.” (Eżo 20:12; Mt 15:4) Ġesù żgur li kellu l-libertà tal-kelma għax hu baqaʼ ubbidjenti lejn il-ġenituri tiegħu bħala żagħżugħ. (Lq 2:51) U bħala adult, Ġesù għamel ċert li jkun hemm min jieħu ħsieb ommu wara l-mewt tiegħu.—Ġw 19:26, 27.
Anki llum, iż-żgħażagħ Kristjani li jobdu l-ġenituri tagħhom u jkellmuhom b’rispett ikunu qed jonorawhom. Infatti, il-kmand biex nonoraw il-ġenituri tagħna jibqaʼ jgħodd. Anki wara li l-ġenituri jixjieħu, aħna għandna nkomplu nonorawhom billi nagħtu kas dak li jgħidulna. (Pr 23:22) Ukoll, nonoraw lill-ġenituri tagħna li jkunu mdaħħlin fiż-żmien billi nieħdu ħsiebhom emozzjonalment u finanzjarjament skont il-bżonn. (1Ti 5:8) Kemm jekk aħna żgħar u kemm jekk aħna kbar, li nżommu komunikazzjoni tajba mal-ġenituri tagħna hu mod importanti kif nonorawhom.
MIL-LEZZJONIJIET MINN FUQ IL-WHITEBOARD, ARA L-VIDJOW KIF NISTAʼ NITKELLEM MAL-ĠENITURI TIEGĦI?, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Għala jistaʼ jkun li ssibha diffiċli biex titkellem mal-ġenituri tiegħek?
-
Kif tistaʼ tonora lill-ġenituri tiegħek meta tkun qed titkellem magħhom?
-
Għala jkun jaqbillek li tagħmel sforz biex tkellem lill-ġenituri tiegħek? (Pr 15:22)