Għanja 62
Ta’ Min Aħna?
1. Int taʼ min int tassew?
Liem’ alla qed tobdi llum?
Hu sidek dak li int tmil għalih.
Hu alla tiegħek; int taqdih.
Ilsir taʼ żewġ sidien
Żgur ma tistaʼ tkun int qatt.
Lil ħadd ma se ttih imħabbtek bis-sħiħ.
Ma tkunx leali fil-fatt.
2. Int taʼ min int tassew?
Liem’ alla se tobdi llum?
Għax wieħed hu veru w l-ieħor mhux;
F’idejk hi l-għażla, biss iddumx.
Se tibqaʼ int devot
Lejn gvern jew xi sid uman?
Jew t’Alla l-Ħallieq se ssegwi it-triq
U tqimu bħala s-Sovran?
3. Jien taʼ min jien tassew?
Se nobdi ’l Ġeħova llum.
Se naqdi ’l Missieri fis-smewwiet
U l-wegħdi rrodd bl-azzjonijiet.
Hu xtrani bi prezz kbir;
Devot lejh kemm ħaj indum.
Hu fdieni b’Ġesù mill-jasar tad-dnub;
Ġieħ nagħti ’l ismu kuljum.
(Ara wkoll Ġoż. 24:15; Salm 116:14, 18; 2 Tim. 2:19.)