Għanja 4
Nagħmlu Isem Tajjeb m’Alla
1. Matul ħajjitna B’għerf se nużaw kull jum
Biex isem tajjeb Ma’ Alla nagħmlu żgur.
Jekk lil Ġeħova ntuh Kull prova li nobduh,
Imbagħ’d b’għemilna Żgur li nferrħuh.
2. Jekk wara l-fama F’did-dinja int issus,
Jekk tagħha l-krettu Int tqis li hu prezzjuż,
Żgur kollox frugħa jkun. Se titlef il-favur
Tal-kbir Ġeħova Jekk qribha tkun.
3. Isimna rridu Li jibqaʼ jkun misjub
Fil-ktieb taʼ Alla; Għal dejjem hemm miktub.
U nistgħu fih nafdaw U ’l kelmtu nappoġġaw;
Skont l-isem ngħixu, It-tmiem daqt hawn.
(Ara wkoll Ġen. 11:4; Prov. 22:1; Mal. 3:16; Riv. 20:15.)