Għanja 132
Għanja tar-Rebħa
1. Għannu ’l Ġeħova. Għax kbira hi l-glorja taʼ ismu.
Fil-baħar xeħet hu ’L-għadu kburi Eġizzjan.
Jah Jistaʼ Kollox. Ġieħ ħaqqu; ma hemmx ieħor għajru.
Ġeħova ismu kbir; Dejjem Hu rebbieħ setgħan.
(KOR)
Ġeħova, l-Iktar Għoli w Suprem,
Qatt ma tinbidel; dak li tgħid isir.
L-għedewwa tiegħek int dalwaqt ittemm
U hekk se tqaddes ’l ismek kbir.
2. Ara l-ġnus kollha Flimkien kontra Alla Ġeħova.
Jiġrilhom bħall-Fargħun; Ġarrab għajb għalkemm setgħan.
Kollha se jgħibu; Mhumiex ħa jsalvaw f’Armageddon.
Ġeħova ismu hu Daqt kulħadd se jkun jaf dan.
(KOR)
Ġeħova, l-Iktar Għoli w Suprem,
Qatt ma tinbidel; dak li tgħid isir.
L-għedewwa tiegħek int dalwaqt ittemm
U hekk se tqaddes ’l ismek kbir.
(Ara wkoll Salm 2:2, 9; 92:8; Mal. 3:6; Riv. 16:16.)