X’inhi s-Saltna t’Alla?
Taħseb li hi . . .
-
xi ħaġa f’qalbna?
-
gvern fis-sema?
-
xi ħaġa oħra?
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
“L-Alla tas-sema jwaqqaf saltna li qatt ma tinqered.”—Danjel 2:44, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa.
“Is-saltna tad-dinja saret is-saltna tal-Mulej tagħna u tal-Kristu tiegħu.”—Rivelazzjoni 11:15.
X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?
-
Ifisser gvern ġust li jistaʼ jkun taʼ ġid għalik personalment.—Isaija 48:17, 18.
-
Fid-dinja l-ġdida li ġejja, ifisser ħajja b’saħħa perfetta u ferħ. —Rivelazzjoni 21:3, 4.
NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-BIBBJA?
Iva, għal minn tal-inqas żewġ raġunijiet:
-
Ġesù wera x’se twettaq is-Saltna t’Alla. Ġesù għallem lis-segwaċi tiegħu biex jitolbu għas-Saltna t’Alla ħalli tiġi u biex isseħħ ir-rieda t’Alla fuq l-art. (Mattew 6:9, 10) Ġesù ta prova kif din it-talba se tiġi mwieġba.
Waqt li kien fuq l-art, Ġesù temaʼ lil dawk bil-ġuħ, fejjaq lill-morda, u ta l-ħajja lill-mejtin! (Mattew 15:29-38; Ġwanni 11:38-44) Bħala l-Ħakkiem futur tas-Saltna t’Alla, Ġesù tana stampa bil-quddiem taʼ x’se tagħmel is-Saltna liċ-ċittadini tagħha.—Rivelazzjoni 11:15.
-
Il-kundizzjonijiet tad-dinja jikkonfermaw li s-Saltna t’Alla daqt se tiġi. Ġesù bassar li eżatt qabel ma s-Saltna ġġib paċi fuq l-art, fid-dinja tagħna se jkun hemm ħafna gwerer, ġuħ, u terremoti.—Mattew 24:3, 7.
Aħna qed naraw dawn il-kundizzjonijiet b’għajnejna stess! Allura nistgħu nkunu ċerti li s-Saltna t’Alla daqt se ġġib tmiem għall-problemi kollha.
AĦSEB DWAR DAN
Kif se tkun il-ħajja taħt il-ħakma tas-Saltna t’Alla?
Il-Bibbja twieġeb din il-mistoqsija f’SALM 37:29 u ISAIJA 65:21-23.